Il-Pulizija ma tirrealizzax li qed toffendi is-sentimenti tan-nies meta insistit li l-kawża kellha titkompla għaliex kien ġie mħarrek jixhed Melvin Theuma?

Il-bieraħ reġa’ kien hemm it-tkomplija tal-kumpilazzjoni ta’ Yorgen fenech. Il-qorti kienet infurmata li Yorgen Fenech qam ma jiflaħx. Affarijiet li jiġru. Id-difiża talbet għal diferiment biex il-kumpilazzjoni tkompli tinstema meta l-akkużat jista’ jkun preżenti. Hu dritt ta’ kull akkużat li jkun preżenti waqt is-smigħ tal-kawża kriminali tiegħu.

X’ġara? Il-puliżija opponiet din it-talba. U xi tkun ir-raġuni għala oppuniet? Għaliex qalet li kien ġa ġie mgħajjat Melvin Theuma biex jixhed u dan kien qed jistenna barra biex jidħol jixhed. Mela mhux sew telgħa l-qorti għal xejn. Imma din bis-serjeta’? Ma jafux il-pulizija kemm ċittadini Maltin jieħdu l-leave, imorru l-qorti u jsibu li sar differiment. Xi ħadd jgħidilhom imsieken! Imbagħad Melvin Theuma, bniedem li fuq rakkommandazzjoni tal-pulizija ngħata maħfriet ta’ ma tafx kemm reati, inkluż fuq il-Heist tal-HSBC u issa anki fuq il-famuża serqa li saret fuq l-Casino di Venezja, qed ikun impinġi mill-pulizija bħala l-ikbar vittma għax tela’ għalxejn il-qorti u la darba ġie mgħajjat għandu jitħalla jixhed, irrispettivament jekk l-akkużat hux preżenti jew le.

Imbagħad daħħlet il-Parte Ċivili u tkellem Jason Azzopardi li b’kumbinazzjoni qabel mal-pulizija li dan id-diferiment, jekk jingħata, jista’ jkun ta’ preġudizzjoni għall-Parte Ċivili. Naħseb li jekk  hemm xi preġudizzju f’dan il-każ, dan huma għall-akkużat għaliex qed ikun miċħud mill-liberta’ proviżorja. Ma niftakar l-ebda kompilazzjoni li karkret dawn ix-xhur kollha u snin kollha.

Din id-darba jkolli ngħid li l-qorti kellha raġun u aċċettat it-talba tad-difiża u tat diferiment u l-kawża ser titkompla nhar il-ħamis. 

Leave a Reply