Ftit mistoqsijiet dwar it-tweġibiet li qed jagħti Bernard Grech lil dawk li jmorru jkellmuh

Blog post minn osservatur politiku

Wara li inti, Dr. Mercieca, tellajt l-ittra tar-riżenja ta’ wieħed mill-Presidenti tal-kummitati sezzjonali u din l-istorja ġie anki rrappurtata min One, waħda mill-impjegati tal-Media House tal-Partit Nazzjonalista użat il-kelma ‘fake’ biex tgħid li dak li qed jirrappurtaw l-ONE fuq din l-ittra, mibgħuta minn President ta’ Kumitat Sezzjonali, mhux minnu.

Sandra Shields hija persuna li taħdem fis-sezzjoni tar-riklamar tal-Partit Nazzjonalista. Hija ħadet għalija għax Dr Mercieca xandar l-ittra fuq is-sit tiegħu. Din l-ittra sejħitilha ‘fake’. Kieku kienet gidba, naħseb li kien ikun hemm stqarrija mill-kap tal-Partit Nazzjonalista jew mill-uffiċju tiegħu fuq hekk. Kieku s’issa, il-Partit Nazzjonalista diġa’ ta’ tweġiba u ċaħad din l-istorja. Biss s’issa għadu ma ġara xejn.

Peress li din is-sinjura tidher li hija au courant sewwa fuq dak li qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista nixtieq nagħmillha ftit mistoqsijiet. Peress li din is-sinjura saħansitra taf anke x’korrispondenza jirċievi l-kap tagħha nappreżża jekk tista’ tagħtina tweġiba. Peress li din is-sinjura donnu għandha għajnejha fuq dak li jseħħ anke fil-partijiet tal-Partit u mhux fil-media biss, allura forsi tista tgħidilna jekk dawn l-affarijiet li se nsemmi humiex veri jew fake. Ħalli nifthemu dawn l-affarijiet li se nistaqsi naf li huma veri, imma li napprezza jekk jistax ikolli konferma.

Huwa veru li meta Dr Grech iltaqa’ ma diversi nies li qed jħossuhom skomdi jgħidulu kap, hu qalilhom li kemm ilu li laħaq kap hu, il-Partit Laburista qed jibża’ minnu? Huwa veru li Dr Grech jgħid li tant hu popolari mal-poplu Malti u Għawdxi li kull kandidat qed juża ismu biex jiġbed lejh votanti u li l-Labour qed jaraw kif joskurawh ħalli ma jkollux numru kbir ta’ voti? Huwa veru li meta jidħol xi ħadd fl-uffiċju tiegħu biex jkellmu u jissuġġerilu xi ħaġa, it-tweġiba ta’ Dr Grech tkun tikkondizzjonaniex? Huwa veru li lil kull min jidħol ħdejh u jarma jgerger fuq kif inhuma sejrin l-affarijiet jew xi żball għamel li ħareġ għal Kap, Dr Grech jgħid lil dak li jkollu quddiemu, li hu jkun wieħed mill-ftit li qed igergru? Huwa veru li meta xi ħadd jgħidlu kemm bata u ssagrifika ħajtu għal Partit Nazzjonalista, Dr Grech ikun pront jgħidlu li kien hu li bata ħafna għax tilef lil kuġina tiegħu Karen Grech? Huwa veru li Dr Bernard Grech qal ukoll li żijuh it-tabib Grech, missier il-mibkija Karen, kien Nazzjonalist? Biex infakkar Dr Grech kien ġie lura Malta waqt l-istrajk tat-tobba u kien meqjuż bħala strike breaker.

Huwa veru li meta l-persuna quddiemu tgħidlu li huwa Nazzjonalist minn ġuf ommu, huwa biex mingħalih jiġbed is-simpatija jgħid li ommu kien kuljomha Mifsud Bonnici? Huwa veru li meta xi ħadd qallu li allura ommu tiġi minn Dr Ugo Mifsud Bonnici, Dr Grech ma rrispondix? Huwa veru li għalkemm ommu Mifsud Bonnici ma jgħidx li ġejja minn dawk il-familji Mifsud Bonnici li kienu u għadhom Laburisti?

Ħalli nistaqsi lil Ms. Sandra Shields xi ħaġa diretta u għidli jekk hix fake jew le. Meta int kont għaddejja minn żminijiet ibsien fil-ħajja tiegħek lil min sibt fil-Partit Nazzjonalista, li għamel ħiltu u ta ordnijiet biex ikun ta’ forċina tajba għalik u biex ma jtellfekx ix-xogħol? Qed nistaqsik din il-mistoqsija biex fl-istess ħin infakkrek fil-ġid li għamel miegħek Adrian Delia allavolja inti mhux miegħu u kont kontra tiegħu fil-Kumitat Sezzjonali ta’ Ħ’Attard.

One thought on “Ftit mistoqsijiet dwar it-tweġibiet li qed jagħti Bernard Grech lil dawk li jmorru jkellmuh

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *