X’interess għandu Manuel Delia biex jiddefendi lill-mażunerija?

Blog post minn osservatur politiku

Il-bieraħ, Dr. Mercieca, inti tellajt artiklu ieħor tiegħi fuq is-sit tieghek fejn jien tkellimt kif Manuel Delia spiċċa jiġġustifika l-libell li fetaħ kontra tiegħek l-avukat Arthur Azzopardi u fuq kollox il-libelli li kien fetaħ dan l-istess Arthur Azzopardi kontra Daphne Caruana Galizia f’isem Adrian Delia.

Illum f’dan l-artiklu nixtieq nitkellem fuq suġġett ieħor. Jiena ma jinteressani xejn mill-persuna jew mill-avukat li qed jissemma fir-recording u li dwaru kiteb ukoll Manuel Delia.

Biss f’dan l-artiklu tiegħu, Masons, Manuel Delia, tagħni l-impressjoni li qed jiddefendi lil Arthur Azzopardi u miegħu anki l-mażunerija. Jien qed nifhem sew Manuel, li int qed tiddefendi l-mażunerija? Ħa nagħmillek mistoqsijia diretta. Nista’ nkun naf x’interess għandek biex tiddefendi lil xi mażun, aktar u aktar issa, fejn ħareġ li hemm recording li fih jissemma mażun li kien involut fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia?

Minflok, Manuel Delia jiddikkjara li hu kontra l-mażunerija, għad iddur ma’ kull argument immaġinabbli biex iwarrab kull suspett li mażunerija tista tkun involuta. Hemm indikazzjoni finissima fejn fl-artiklu tiegħek qed tipprova twarrab it-teorija li l-mażunerija ma kellha xejn x’taqsam mal-qtil ta’ Daphne. Biss nixtieq nagħmillek din il-mistoqsija. Allura l-pagament imwiegħed lil Vincent Muscat, il-Koħħu, li ssemma fil-qorti, skont int, hija kollha invenzjoni biex jitħawdu l-imħuħ? Manuel Delia ma taħsibx li aktar ma’ ddur mal-lewża aktar tagħti lil min jifhem li hemm xi ntriċċi wara dan kollu?

Fuq kollox, x’interess għandha s-Soċjeta’ Ċivili, li kienet topera mid-Dar Ċentrali, tuża l-artiklu tiegħek biex bħalek tiddefendi lill-mażunerija? Nixtieq ngħid li jien niftakar żmien fil-Partit Nazzjonalista, meta l-membri kollha tal-esekuttiv, fi żmien Eddie Fenech Adami, ġew mitluba jiffirmaw dikjarazzjoni li huma ma kienux mhux membri tal-Mażunerija.

Jaqaw taħt Bernard Grech u sħabu tar-Repubblika u Occupy Justice, il-mażunerija ser tiddaħħal fil-Partit Nazzjonalista bħala partu mill-proċess imwiegħed tal-‘immodernizzar’ ta’ dan il-partit?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *