Where your opinion counts

Wara li bagħat persuna tieħdu f’sormha, jmur fuq ir-radju tal-knisja Maltija biex jgħid li jrid ikun leħen għal min ma għandux

Fuq ir-radju tal-knisja f’Malta, għadha kif saret intervista ma’ Manuel Delia fejn f’din l-intervista, Manuel Delia qal li jrid ikun il-leħen ta’ min ma għandux. Din l-intervista ġiet rappurtata minn Newsbook. Dan hu l-istess persuna li bagħat persuna teħdu f’sormha għaliex staqsietu għala ma jridx jagħmel protesti biex inkunu nafu min hu l-omissis li ssemma inkonnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan hu r-‘role model’ ġdid tal-Knisja Kattolika Maltija? Qed ngħid dan għaliex dan ikun ta’ sikwiet fuq il-media tal-Knisja.

Il-verita’ hi li Manuel Delia u nies bħalu huma l-kawża għaliex nies tgerrxu mill-politika, b’mod partikolari mill-Partit Nazzjonalista. Issa dan irid ikunu l-leħen ta’ min, minħabba fih u sħabu, sar ma jimpurtahx mill-politika. Qed ngħid dan, għaliex Delia u sħabu ilhom fuq ix-xena politika. Kif wara dawn is-snin kollha, Repubblika, Occupy Justice, Maneul Delia għadhom ma rnexxilhomx iġibu magħhom dawk li ma jimpurtahomx mill-politika?

Naħseb aħjar il-knisja f’Malta toqgħod attenta għax kif dawn in-nies farrku lill-Partit Nazzjonalista ser ikomplu jfarrku l-leħen tal-Knisja Kattolika Apostolika Rumana f’Malta aktar milli ġa hu nfarrak. B’intervisti bħal dawn, kull mhu ser jagħmlu huwa li jbiegħdu aktar nies milli mill-Knisja Maltija. Jiddispjaċini għall-isqof ta’ Għawdex għaliex jidher ċar li mhux parti minn dan kollu.

One thought on “Wara li bagħat persuna tieħdu f’sormha, jmur fuq ir-radju tal-knisja Maltija biex jgħid li jrid ikun leħen għal min ma għandux

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *