Ħaten Beppe Fenech Adami fittex l-għajnuna ta’ Yorgen Fenech

Blog post minn osservatur politiku

F’dan is-sit, xi jumejn ilu, ittella’ artiklu fuq is-€700,000 li l-poplu Malti u Għawdxi ġie misluħ biex kien hemm parteċipazzjoni ta’ kantanta fil-Eurovision. Il-Ħadd 30 ta’ Mejju Jacob Borg onorana b’artiklu tiegħu fuq is-Sunday Times of Malta ntitolat hekk “How much do we need to get her high in the odds?”.

Jacob Borg qed jgħidilna li fl-2019 produttur Malti rinomat prova ineffaħ u għalhekk jgħollu l-indiċi tal-logħba favur Malta fil-Eurovision. Ikompli jgħidilna l-ġurnalist tat-Times li dan il-produttur, Anton Attard, staqsa lil Yorgen Fenech, bniedem li ma jimpurtah xejn mill-Eurovision, kif jista’ jgħolli l-indiċi fl-imħatri biex Michela, li kienet qed tippreżenta lil Malta fl-2019, tidher f’pożizzjoni aħjar fil-lista tal-favoriti. Fi kliem ieħor talbu bil-pulit sponsorship.

Qalilna wkoll il-ġurnalista li Michela kienet rebħet l-X-Factor li kien organizzat hawn Malta mil-kumpanija privata ta’ Anton Attard. Saħansitra, dejjem skond il-ġurnalista, Anton Attard staqsa lil Yorgen Fenech “How much do we need to get her high in the odds?”. Anton Attard baqa’ jiġri wara Yorgen Fenech, dejjem skond Jacob Borg, għax darba oħra Anton Attard, staqsa lil Yorgen Fenech “Can you check how much we need to get it up a few places?”

Is-somma meħtieġa qatt ma ssemmiet fic-chats qalilna Jacob Borg. U kif jaf Jacob Borg x’hemm fic-chats? Mela l-qorti ma għamiltx divjit tal-pubblikazzjoni tagħhom?  Imma Jacob Borg jgħidilna li mic-chats jirriżulta li Yorgen Fenech qal lil Anton Attard li hu għamel pressjoni biex dik il-ħaġa tirnexxi. Ovvjament mill-artiklu tat-Times joħroġ ukoll li meta Anton Attard ġie avviċinat fuq din l-istorja, huwa qal li hu kien inkarigat mil-fondi pubbliċi u skond hu dawn il-flus dejjem intefqu skond ir-regoli u parametri li l-istess flus ġew ivvutati għalihom. Skond l-istess Anton Attard intqal li kemm dam hu jmexxi il PBS ebda flus ma ġew minfuqa, b’ebda mod jew manjiera, fuq imħatri biex tissaħħaħ il-possibilita’ li l-kanzunetta Maltija terbaħ. Dejjem skond il-ġurnalista, Anton Attard għamel dikjarazzjoni qawwija meta qal: “The spending of public money on betting is not only illegal but despicable”.

Irridu ninnotaw li għalkemm Anton Attard spiċċa minn CEO tal-PBS fl-2016, hu xorta baqa’ mdaħħal fiċ-ċrieki tal-Eurovision. Li ħareġ interessanti minn dan l-artiklu huwa li Anton Attard qatt ma spjega għaliex kien qed jistaqsi lil Yorgen Fenech għall-għajnuna fl-2019. Minn dan l-artiklu jirriżultaw ċertu affarijiet li ta’ min wieħed jikkonsidra.

Nistgħu ngħidu li l-Partit Nazzjonalista hu sieket għal kollox dwar l-infieq essaġerat li sar din is-sena fuq il-Eurovision. Jekk kien hemm xi kritika kienet pjuttost limitata. Fil-fatt l-istess Jacob Borg ma talab ebda kumment mill-kelliem tal-PBS fil-Partit Nazzjonalista. Dan il-ġurnalista jaf min hu Anton Attard imma donnu ma riedx jgħidilna jew jirreferina ma min hu mħallat u fejn kien jaħdem Anton Attard.

Anton Attard jiġi ħu l-mara ta’ Beppe Fenech Adami. Bla ma trid tibda’ titħasseb u tistaqsi, tgħid għalhekk il-Partit Nazzjonalista ma tantx għamel ħoss fuq dan l-infieq essaġerat? Tgħid il-Partit Nazzjonalista qiegħed lura milli jikkritika, għaliex Anton Attard kien jaħdem għal snin sħaħ fuq in-Net, kemm fir-radio u anke fit-television?

Biex nifhem sew, jiġifieri l-Partit Nazzjonalista joqgħod jara, qabel jikkritika, lil min jista’ joqros? Insejna, mid-dehra, li l-Partit Nazzjonalista jaġixxi u ma jħares lejn wiċċ ħadd? Dan mhux jien qed jgħidu imma qed nirrepeti dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Bernard Grech.

Mela issa għandha persuna pparentata ma’ Beppe Fenech Adami li fittxet l-għajnuna ta’ Yorgen Fenech u dan għamlitu wara li sirna nafu li Yorgen Fenech kien is-sid ta’ 17Black.

One thought on “Ħaten Beppe Fenech Adami fittex l-għajnuna ta’ Yorgen Fenech

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *