Għaliex il-media tal-knisja, David Thake, Jason Azzopardi u Sellili siekta fuq iċ-chats ta’ Anton Attard?

Blog post minn osservatur politiku

Għadni meraviljat u skantat kif il-Partit Nazzjonalista għadu sieket fuq l-infieq esaġerat li pajjiżna nefaq għall-kanżunetta fil-Eurovision. Possibbli ma hemm ħadd li jgħaddi xi kumment jew kritika fuq dan l-infieq extravaganti. Din ir-rivelazzjoni ilha li ħarġet imma le, ma tarax li mhux se jikkummentaw. ‘One thing at a time’ kien qalilna Bernard Grech u mid-dehra hekk hu. Bħalissa konċentrati fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Meta jmiss dan is-suġġett imbagħad naraw. Bil-mod l-aħwa!!!!!!!

Fi ħdanu l-Partit Nazzjonalista għandu kantanta li pparteċipat fil-Eurovision fis-sena 2000. Possibbli ma tiftakar xejn din il-kantant, illum politiku. Ludwig Galea li pparteċipa fl-2004 ħass li kellu jikkummenta u qal li anke hu għandu tħassib dwar dan l-użu tal-fondi pubbliċi. Qed nistenna lil membru Parlamentari David Thake imur quddiem il-Public Broadcasting Services biex jagħti konferenza. Mar jitkellem quddiem il-PBS għax Mrs Grech, il-mara tal-Kap tiegħu, ma kienetx mistiedna fuq programm tat-TVM, ma jmurx jagħti konferenza fuq sparpaljar ta’ flus il-poplu? Jekk din ma ssirx ifisser li l-Partit Nazzjonalista lanqas jaf jiżen is-serjeta ta’ każ minn ieħor.

Dak li dejjem lest li jikteb fuq kollox u fuq kulħadd. Dak li dejjem bil-pinna f’idu biex jattakka anke lid-dubbien li, bi sfortuna kbira jdur madwaru, kif tilef ilsienu u l-pinna fuq dan is-suġġett? Il-flus tal-poplu mid-dehra ma humiex daqstant importanti għal Manuel Delia. Possibbli ma sabx post fejn itella’ artiklu fuq dan l-infieq essaġerat? Sħab Manuel Delia li dejjem isibu suġġetti varji ħalli jorganizzaw il-protesti, fuq dan il-ħruq tal-flus ma humiex se jorganizzaw xi ħaġa? Mhux se jmorru fuq it-taraġ ta’ kastilja jitolbu sodisfazzjon fuq dan l-għaġir mhux mistenni fejn mid-dehra ntefqu flus il-poplu fuq l-imħatri?

Taf min baqa’ sieket ukoll? Tan-Newsbook! Il-media tal-knisja ma jinteressahiex li qed jiġu wżati ħażin flejjes pubbliċi li setgħu żgur jintefqu aħjar x’imkien ieħor? Imma kif jistgħu jitkellmu dawn in-nies fil-media tal-knisja? Kif tridhom jitkellmu kontra is-CEO tagħhom stess? Kif tridhom jitkellmu kontra Anton Attard li jokkupa l-pożizzjoni ta’ CEO? La hemm konflitt ta’ interess allura l-aħjar soluzzjoni hi li tibqa’ barra minnha u ma ssemmi xejn fuq dan l-avveniment. Imbagħad insejħu l-media tal-knisja bħala media indipendenti!

Iżda l-aktar ħaġa interessanti f’din is-saga huwa l-artiklu ta’ Jacob Borg, il-ġurnalist tat-Times. Dan qalilna, bħala stat ta’ fatt, li jeżistu chats bejn Anton Attard u Yorgen Fenech. Irrefera għalihom. Mela dan il-ġurnalist mhux talli rahom, imma talli seta jaqrhom u bil-kumdita kollha jirreferi għall-ġist li kien jaqbel lilu biex juża għall-artiklu tiegħu. Li ma qalilniex Jacob Borg huwa x’hemm iżjed f’dawn ic-chats. Sur Borg tista’ taqsam mal-qarrejja l-kontenut kollu ta’ dawn ic-chats? Naħseb li huwa dovut lejn il-qarrejja tat-Times li tippubblika l-kontenut kollu ta’ dawn ic-chats interessanti.

U hawn ngħalqu bil-kbir. Fejnu Jason Azzopardi? Fejnu dan il-membru tal-Parlament li jinqeda tant bil-privileġġ parlamentari u jitkellem b’mod profetiku biex jgħidilna x’se nkunu nafu matul is-sajf u li kemm-il darba qalilna li hemm ħafna affarijet oħra x’joħorġu? Għidilna Dottore x’fihom dawn ic-chats ta’ Anton Attard ma’ Yorgen Fenech? Għalfejn donnok tagħżel dak li titkellem fuqu u dak li tħalli moħbi? Inti membru li tirrapreżenta l-poplu, mela għalfejn chats ma dak iva u chats ma ieħor le? Bħala rappreżentant tal-poplu int obligat li tiżvela chats li jistgħu jwasslu biex l-poplu jkun jaf kif intefqu flusu? Mhux aħjar tagħmel dmirek u timxi mal-ġurament li ħadt meta ħlift li taqdi dmirek lejn il-poplu kollu u tgħid is-sewwa kollu?

2 thoughts on “Għaliex il-media tal-knisja, David Thake, Jason Azzopardi u Sellili siekta fuq iċ-chats ta’ Anton Attard?

  1. Int qed tistaqsi jekk Julie Zahra tiftakarx x’haga? Keith Schembri,
    Brian Tonna, Karmelo Abela etc, etc, dawn iddikjaraw li ma jiftakru xejn..

Leave a Reply

Your email address will not be published.