Where your opinion counts

Bernard Grech iwieġeb IVA li kulħadd ser jieħu refund: mela għalfejn ġbart in-nies id-Dar Ċentrali waqt pandemija?

Blog post minn osservatur politiku

Il-mistoqsija kienet jekk hux kulħadd se jitħallas, jekk kien hemm xi serq fil-kont tiegħu jew tagħha dwar id-dawl u l-ilma mill-2013 sa dak in-nhar li jinħaddmu l-kontijiet. Mela għalfejn tgħid lin-nies biex jirreġistraw id-Dar Ċentrali? Kontradizzjoni flagranti mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Ser nerġa’ ngħid dak li diġa għidt. Din hija gimmick. Din hija biss stunt fil-Public Relations. Din hija biss skuża patetika biex turi li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel xi ħaġa. Min ħareġ b’din l-ideja għandu jitwarrab mill-politika. Kif jista’ Dr Grech bħala Kap tal-Oppożizzjoni jgħajjat lin-nies id-Dar Ċentrali biex jirreġistraw u Dr Grech bħala Prim Ministru se jaħdem il-kontijiet kollha ta’ kulħadd u jħallas lil kulħadd?

Mela bħala Kap tal-Oppożizzjoni joqgħod jaqla’ n-nies mid-dar biex jagħmel lista ta’ isimhom u jekk ikun Prim Ministru, mhux se jagħti ser jagħti każ tal-listi ta’ dawk li qed jinkitbu d-Dar Ċentrali, għax qed iwiegħed li se jħallas lil kulħadd. Ma taħsibx Dr Grech li, għalkemm inħoss li din hija deċizzjoni tajba li trodd lura dak is-serq kollu fejn kien hemm, il-mod kif qed tinħadem huwa totalment ħażin? Ma jidhirlekx li deċiżjoni bħal din setgħet saret f’konferenza stampa, bil-ġurnalisti kollha preżenti, u wara jsir eżerċizzju bi strateġija maħsuba sewwa, biex dan il-messaġġ jasal f’kull dar Maltija u Għawdxija?

Għalkemm il-poplu kollu, hu x’inhu l-kulur politiku tiegħu, naħseb li japprezza dan il-ġest tajjeb u din id-deċizzjoni li se tolqot tajjeb lil kull min għandu kont, dan il-messaġġ ta’ reġistrazzjoni qed itappan dak kollu pożittiv li fiha din id-deċiżżjoni. Ma tantx hu faċli tifhem kif il-Partit Nazzjonalista qed iressaq mijiet ta’ nies lejn id-Dar Ċentrali, minn għada mid-dehra aktar postijiet u anke fuq l-internet, biex din l-istorja se tispiċċa twassal għall-but ta’ kulħadd.

Dan qed isir biex il-Partit Nazzjonalista juru lill-Partit fil-Gvern li anke l-Partit fl-Oppożizzjoni jaf iċaqlaq lill-massa meta jkun hemm il-bżonn. Biss il-Partit Nazzjonalista missu jaf li dan kien eżerċizzju li sar ftit tax-xhur jew sentejn/tlieta ilu. Jaf ukoll li 80% tal-kontijiet miġbura u kkalkulati kien fihom żbalji u hemm ammonti, żgħar u kbar, li jridu jintroddu lura.

Dak li hu mistenni li l-Partit Nazzjonalista jara li dan il-messaġġ jasal għand kulħadd. Jara li l-Partit Laburista ma jippruvax ixekkel dan il-proċess. Jara li l-Gvern jekk irid jieħu azzjoni ma jkun hemm ħadd li jipprova jikkritikah. Jara li kull persuna li f’isimha hemm kont, jirċievi sa l-anqas ċenteżmu li jkun insteraq mill-2013 ‘l hawn. Dik għandha tkun l-istrateġija u mhux toqgħod tlaqqa’ n-nies u taqla’ ċamata għax in-nies ma żammewx is-social distance u titlef l-effett kollu tad-deċiżżjoni li tkun ħadt minħabba affarijiet serji imma sekondarji f’dan l-istadju.

One thought on “Bernard Grech iwieġeb IVA li kulħadd ser jieħu refund: mela għalfejn ġbart in-nies id-Dar Ċentrali waqt pandemija?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *