Manuel Delia, Arthur Azzopardi u l-ħames libelli kontra Daphne Caruana Galizia

Blog post minn osservatur politiku

Qrajt l-artiklu miktub minn Manuel Delia taħt it-titlu ta’ ‘Masons’. Dan l-artiklu huwa miktub bħala kjarifika, biex jirribatti artiklu ieħor li nkiteb taħt it-titlu ta’ “Why is Manuel Delia, Occupy Justice and Repubblica silent about the involvement of Freemasons in the killing of Daphne Caruana Galizia?” li deher fuq is-sit tiegħek Dr Mercieca.

Min jaqra l-artiklu ta’ Manuel Delia jinduna li Manuel Delia kiteb dan l-artiklu biex jiddefendi lil l-avukat Arthur Azzopardi u lill-mażuni. Skont Manuel Delia, Arthur Azzopardi huwa ex-mażun. Imma dak li laqgħatni fl-artiklu tiegħu, hu l-fatt li Manuel Delia spiċċa jara kif jiddefendi anki l-libelli li dan Arthur Azzopardi kien fetaħ, bħala avukat, jiġifieri f’isem il-klijent tiegħu, li kien Adrian Delia, kontra Daphne Caruana Galizi. Fil-fatt Manuel Delia kiteb dan li ġej:

“But the fact that Daphne Caruana Galizia wrote about Arthur Azzopardi’s masonic ties and the fact that Arthur Azzopardi was one of Adrian Delia’s lawyers when he filed five libel suits against Daphne Caruana Galizia, are supposed to make us dislike him enough to believe anything that is said about him”.

Manuel Delia qed jgħidilna li għalkemm bħala fatt Daphne Caruana Galizia kitbet li Arthur Azzopardi kellu rabtiet mal-mażunerija u bħala fatt Azzopardi kien wieħed mill-avukati ta’ Adrian Delia u fetaħ ħames libelli f’isem Adrian Delia kontra Daphne, dawn il-fatti miktubin minn Daphne ma għandhomx iwassluna biex aħna numbraw jew nemmnu dak kollu li jingħad dwar dan l-avukat. B’hekk skont Manuel Delia ma għandniex nemmnu dak kollu li nkiteb jew qed jingħad fuq Arthur Azzopardi. Stramba daqsxejn din Sur Delia! Mela nsejt kemm qerdu l-imħallfin tal-inkjesta minħabba l-libelli li nfetħu kontra Daphne Caruana Galizia? Mela issa l-libelli kontra Caruana Galizia saru tajbin?

Wara li qrajt din is-sentenza, nixtieq nistaqsi lil Manuel Delia biex jgħidilna jekk dan l-avukat kienx fil-ħażin meta fetaħ il-libelli f’isem Adrian Delia kontra Daphne? Allura issa mid-dehra Adrian Delia ma kien qed jagħmel xejn ħażin li fetaħ ħames libelli kontra Daphne. Allura la Arthur Azzopardi qed ikun meqjuż bħala avukat tajjeb u ma għandniex għax ma naqblux miegħu, allura naslu għall-konklużjoni li lanqas għamel xejn ħażin li fetaħ ħames libelli f’isem Adrian Delia? Allura nikkonkludu li Adrian Delia kellu raġunijiet tajbin biżżejjed biex jiftaħ dawk il-libelli bil-barka u l-pariri tal-avukat it-tajjeb, Arthur Azzopardi?

Mela Sur Manwel għalfejn dak it-tgħajjir kollu kontra Adrian Delia f’dak il-perjodu, meta int u sħabek kontu tieħdu bħala vanġelu kull ma kienet tikteb Daphne? Allura issa Adrian Delia ma għamel xejn ħażin li fetaħ dawk il-libelli kontra Daphne wara l-pariri u l-qbil tal-avukat Arthur Azzopardi? X’taħseb Sur Manwel? Kif jgħidu, Sur Manwel Delia, iż-żejt dejjem jitla’ f’wiċċ l-ilma.

2 thoughts on “Manuel Delia, Arthur Azzopardi u l-ħames libelli kontra Daphne Caruana Galizia

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *