Qed nippubblika ittra ta’ reżenja li nbagħtet minn President ta’ wieħed mill-Kumitati Sezzjoni lil Dr. Bernard Grech u t-tweġiba tagħha
Għażiż Dr Bernard Grech
Jien ma appoġġjajtx lilek tul din il-kampanja għall-elezzjoni għall-kap. Meta tlajt int ġieni l-ħsieb li nieqaf minn kull ħaġa li għandha x’taqsam mall-partit. Mhux imħabba fik iżda mħabba aġir ħaddiehor li ilhom hemm. Iżda wara li smajt id-diskors ta’ Dr Adrian Delia dawwart il-ħsieb u tgħajtu l-kelma tiegħi li se nibqa’ attiva fil-PN. Hu ma jridx li jiġri lilek dak li ġara lilu, għall-ġid tal-partit u ta’ pajjiżna.
Il-Ħadd filgħodu stess kont se nikteb lill-membri l-oħra tal-kumitat biex nerġgħu niltaqgħu.
Kif ftaħt FB rajt post tal-kunsillier XXX, kumment gidba u nġust, li kelli bilfors iwieġeb għalih peress li kien anke jikkonċerna lili. L-arroganza tiddomina, iżda gideb ma naċċettax. Jien ma rridx nagħmel ħsara lil ħadd u ma rrid infixkel assulutament xejn, iżda lanqas nista’ naċċetta insinwazzjonijiet u gideb. M’hemmx għalfejn inkunu apprezzati iżda l-anqas għandna nkunu mkażbra.
Malajr biddilt il-ħsieb. It-tama li xi darba verament nistgħu naħdmu flimkien u li ningħaqdu, inbiddlu fi dwejjaq u rabja. Ma tistax taħdem hekk, opinjonijiet differenti iva, gideb u arroganza le.
Minħabba f’hekk jien se nirriżenja minn President tal-Kumitat Sezzjonali ta’ XXX u mill-kumitat b’mod immedjat.
Nistenna ftit ġranet u nara x’se jiġri XXX se jiskuża ruħu pubblikament u jigbor lura dak li nġustament intqal jew kollox se jibqa’ għaddej qiesu qatt ma kien xejn? Mhux se nqatta tesseri iżda ma nibqax nagħmel parti mill-votanti għall-PN jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni.
Jekk tixtieq issaqsini xi ħaġa jien lesta ngħidlek għaliex nies bħali qed jabbandunaw kollox, u jwarrbu. Wara kollox għalkemm aħna m’aħniex indispensabbli, iżda l-anqas aħna ineżistenti. Mhux sew li qed niġu ġġudikati, anke minn qarrejja, abbażi ta’ liema kandidat appoġġajt, u mhux jekk aħniex fis-sewwa jew le.
Minn qalbi nawguralek għall-kariga tiegħek bħala Kap tal-PN.
Tislijiet
XXX
It-tweġiba xotta ta’ Dr. Grech hija kif ġej:
Grazzi XXX tal-messaġġ sabiħ tiegħek. Nieħu gost ħafna naqra da tip ta’ messaġġi għax jimlew kuraġġ kbir fija. Niskuża ruħi talli qiegħed nibgħatlek tard. Nimxu din il-mixja flimkien magħqudin. Tislijiet u l-ġurnata tajba.
Dak li jghamel partit li jirbahx next election jew le?
L unita fa la foeza. Ixxellef ilqolla ma tissewwa b xejn.
xi tridhu jighd issa qed jibza li jkomp-li jhawwaw.