Peter Caruana Galizia ma setax isib l-irċevuti li ħallas it-taxxa!

Verament affarijiet li ma jitwemmnux dak li taqra fil-gazzetta The Times tal-lum. Dan hu dak li ġabet The Times fuq dak li ġara l-qorti f’kawża ċivili li tikkonċerna lil Yorgen Fenech.

“But her husband, lawyer Peter Caruana Galizia, on Thursday informed the court, presided over by Madam Justice Anna Felice, that he had not managed to trace his wife’s tax returns and, therefore, could not produce the requested copies. As for the settlement reached with the tax commissioner, referred to in an affidavit presented by the applicants on Thursday in an “amplified” version, Caruana Galizia explained that he would have to trace a copy”.

Illum kien hemm ir-rikors li qed jaghmel Yorgen Fenech sabiex il-mandat ta’ qbid fis-somma ta’ ħames miljun ewro li l-familja ta’ Caruana Galizia għamlitlu, jiġi ridott kif ġie ridott fil-kaz ta’ Melvin Theuma.  

Biss ġara każ stramb fil-qorti. Peter Caruana Galizia qal lill-imħallfa Anna Felice li ma jafx fejn għamel il-ftehim li huwa u wliedu għamlu mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni dwar l-arretrati li martu kellha tagħti lil tat-taxxa; u lanqas sab ir-returns tat-taxxa ta’ martu.  

Nifhem li hu u martu kellhom is-separazzjoni tal-beni biss f’dan il-perjodu li huma kienu qed jagħmlu r-return tat-taxxa tagħhom, minn informazzjoni mogħtija lili minn avukat li jaħdem f’dan il-qasam, il-gvern kien għadu ma kienx jippermetti lil dawk il-miżżewġin li kellhom s-separazzjoni tal-assi biex jimlew il-formula tat-taxxa separatament. F’dan il-perjodu din riedet tintela’ b’mod konġunt xorta waħda.

Biss ġara każ stramb fil-qorti. Peter Caruana Galizia ma setax isib fejn kien qegħdhom r-return tat-taxxa tal-mara u l-anqas il-ftehim li leħaq mal-istess dipartiment. Nifhem li kulħadd jista’ jinsa’ jew jitlef, biss din l-istorja mhux qed tikkonvinċi lil kulħadd. Għaliex?

L-ewwel għaliex dan hu ftehim li Peter Caruana Galizia u uliedu għamlu riċentement mad-Dipartiment tat-taxxa. Fuq kollox, Peter Caruana Galizia dejjem jista’ jitlob id-Dipartiment tat-Taxxa biex jagħtih prova li huwa verament ħallas. Kieku Peter Caruana Galizia jidħol bl-e-ID jista’ jsib dokumentazzjoni tal-ħlasijiet li għamel. Infakkar li bl-e-ID jista’ jġib il-bilanċi, jiġifieri jkun jaf x’kellu x’jagħti u x’kellu jħallas. Forsi wieħed jista’ jargumenta li Peter Caruana Galizia għandu diffikulta biex juża il-computer biss ulied żgur li huma computer literate.

Fuq kollox, jekk Peter Caruana Galizia għandu diffikulta fl-użu tal-computer, dejjem jista’ jikteb lid-Department tat-Taxxa biex jagħtuh l-informazzjoni li għandu nieqsa jew li ma jistax isib. Ma naħsibx li ser jieħdu żmien id-dipartment biex jirrisponduh u jagħtuh rendikont. Lili xi ħadd qalli li f’jumejn ħa tweġiba. Naħseb li jekk jikteb hu, ma għandix dubju li d-dipartiment jaqdih bil-ħeffa, kif jaqdi lil kull ċittadin ieħor!

Nixtieq infakkru lil Peter Caruana Galizia, li hawn qed nitkellmu fuq return tat-taxxa li kienet għadha qed tkun mitqiesha mid-Dipartiment tat-Taxxa bħala waħda konġunta. Jiġifieri din mhix biss return tat-taxxa tal-mara tiegħu, imma anki tiegħu. F’dan il-perjodu l-liġi kienet ċara. Anki jekk tkun saret is-separazzjoni tal-assi, tintbagħat kif tintbagħat, ir-return tat-taxxa, għal gvern kellha dejjem tintbagħat bħala waħda konġunta. B’hekk it-tnejn li huma kienu risponsabbli indaqs għal dak iddikkjarat. Tant hu hekk li is-Sur Caruana Galizia dejjem seta jirranġa kollox wara mewtha. Għalhekk hu kellu risponsabbilita’ li jħallas għaliex kien ko-risponsabbli ma’ martu. Minn dak irrappurtat fil-media, jidher li fil-fatt mar u ħallas.

B’hekk mela, jista’ dejjem jagħmel talba biex jingħata kopja tal-irċevuti jew ir-returns tat-taxxa – dejjem jekk ma jistax isibhom – għaliex finalment qed jitlob l-irċevuti li huma tiegħu wkoll.

Wieħed jistenna aktar serjeta’ minn familja li tridha tal-paladina tar-rule of law u t-tarka kontra l-korruzzjoni. Jekk din il-familja qed taħseb lin-nies ċwieċ, qed jgħarralha bil-kbir.

One comment

Leave a Reply