Where your opinion counts

Jacob Borg joskura is-suċċessi ta’ Adrian Delia

Blog post minn osservatur politiku

Jacob Borg ħareġ bi scoop dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali. Hawn mhux ser nitkellem dwar jekk dan ir-rapport hux fażi ta’ abboż jew definit. L-iskop tiegħi huwa ieħor. Hawn ser nitkellem fuq il-fatt li Jacob Borg ma kellux id-diċenza jew id-dinjita jsemmi lil Adrian Delia fl-artiklu tiegħu. Infakkar li kien l-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista li talab lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma.

Meta din is-saga ta’ allegat serq fuq il-kontijiet tad-dawl u tal-ilma bdiet tiżvolġi, Dr Adrian Delia ħadha b’serjeta kbira, tant li bdew jintalbu kontijiet mingħand il-poplu Malti u Għawdxi biex jiġu kkalkulati u verifikati.

Araw x’qal Jacob Borg fl-artiklu tiegħu: “The Nationalist Party has also claimed its own studies on overbilling found 80 per cent of the 1,250 bills it analysed contained some sort of “mistake” in the way the tariffs were calculated”.

Jidher ċar li mhux faċċli għal ġurnalista Jacob Borg biex jagħti krettu lil Dr Adrian Delia fl-artikli tiegħu. Għal Jacob Borg, l-ex-Kap Delia qatt ma għamel xejn tajjeb. Qatt ma ħareġ b’xi ideja tajba jew fattibbli. Huwa fatt li dan il-ġurnalist qatt ma ħares lejn Adrian Delia b’lenti pożittiva. Kull ma għamel Dr Delia kien dejjem attakkat minn Jacob Borg. Huwa ċar li l-aġenda ta’ Jacob Borg kienet taqbel, jekk mhux issaħħaħ, l-aġenda ta’ Chris Said u ta’ Jason Azzopardi. Dawn kienu nsew il-politika tan-nies u għan-nies għax dawn l-uniku impenn politiku li kellhom fit-tlett snin ta’ tmexxija ta’ Adrian Delia, kien li jtajjru lil Kap tagħhom.

Meta Adrian Delia kien talab l-awditur jinvestiga l-mod li kienu qed jinħadmu l-kontijiet li jaslu fid-djar, kien żmien diffiċli ħafna għalih, għax kien perjodu fejn is-skieken kienu msonnijin ħafna, biex jintużaw ħalli jattakkaw lil Dr Adrian Delia. Jacob Borg qatt ma kiteb dwar dawn l-attakki oxxeni kontra kap li laħaq bl-aktar mod demokratiku, imma kien jgħoxa jfittex kull skuża mmaġinabbli biex juża’ l-gazzetta tiegħu biex jikteb artikli bi skop uniku li jagħmel il-ħsara lil Dr Adrian Delia.

Fil-fatt illum nistgħu ngħidu li l-vina ġurnalistika tiegħu għada ma fiqietx fl-attakk kontra Delia. Fl-artiklu tiegħu llum għadu juri li għalih Delia ma għamel xejn ta’ min ifaħħru jew għall-anqas isemmieh. Kien il-Partit Nazzjonalista li vverifika, imma Jacob Borg mhux se jgħid li kien taħt id-direzzjoni ta’ Dr Adrian Delia. Konferma oħra li Jacob Borg l-aġenda tiegħu kienet li jagħmel ħsara lil Adrian Delia.

Kif jgħid il-Malti, iż-żejt dejjem jitla’ f’wiċċ l-ilma. Illum għandna ndikazzjoni li l-Awditur jista’ sab xi ħaġa li ma għix sewwa. Anżi hemm ċans tajjeb li l-konkluzzjoni uffiċjali se turina li kien hemm serq ta’ sit miljuni u nofs minn ħalq il-poplu Malti u Għawdxi. Jekk jirriżulta dan u r-rapport jidikah bla l-iċken dubju, allura jkollna nikkonkludu li Dr Adrian Delia kellu raġun anke fuq dan l-allegat serq u kien politiku li kapaċi jwassal għar-riżultati u mhux mixri tal-Electrogas kif ġie mpenġi.

https://timesofmalta.com/articles/view/auditor-general-flags-65m-extra-charges-on-utility-bills-for-consumers.874582?fbclid=

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *