Where your opinion counts

Francis Zammit Dimech jitwarrab mill-klikka

Blog post minn osservatur politiku

Francis Zammit Dimech għalkemm imxebba’ sal-ponta ta’ mnieħru fil-pożizzjoni ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista għadu hemm. Dr Zammit Dimech għalkemm ħadd mill-ġenerali ta’ madwar Bernard Grech ma jkellmu, ħadd ma jirreferilu xejn, ma jidħol xejn fl-istrateġija tal-kap tiegħu, xorta għadu hemm.

Imma min jista’ jibqa’ jipprova jaħdem u jwettaq xogħolu f’ambjent fejn jaf li ta’ madwaru ma jridux jaħdmu miegħu, anżi nażżarda ngħid jarawh bħala periklu għalihom? Xi skop għandu Dr Francis Zammit Dimech li jibqa’ hemm? Se nazzarda ngħid ir-raġuni u x’inhu l-iskop ta’ dan il-pass. Meta bejn wieħed u ieħor disa’ xhur ilu kien jidher ċar li l-Partit Nazzjonalista kien qed jersaq lejn elezzjoni ta’ kap, sar stħarriġ u studju profond biex ġie mistħarreġ kif se tinħadem l-istrateġija biex jitwarrab Dr Adrian Delia.

Dr Francis Zammit Dimech kien parteċipi. Infakkar li l-kunsilliera tal-Partit kienu vvutaw għal kuntest miftuħ, jiġifieri kull min kien interessat jitfa’ ismu fit-tellieqa. Imma le. Il-klikka, is-17 heroes ma ridux hekk. Bl-istħarriġ tagħhom kienu jafu li jekk Adrian Delia kien se jikkompeti kontra aktar minn avversarju wieħed, Delia kien ikollu ċans tajjeb li jkun l-aktar kandidat li jġib voti fl-ewwel round tal-votazzjoni.

Mela reġgħu studjaw is-sitwazzjoni u ħarġu bl-ipotesi, li rriżultat li kienet kkalkulata tajjeb għax irnexxiet, li b’Commodini Cachia kien jirbaħ Adrian Delia, li b’Metsola kienet titqanżaħ ħafna u b’Bernard Grech kellu l-aktar ċans li jerbaħ. Imma l-iskop tal-klikka kien imur oltre minn hekk. Huma riedu li Adrian Delia jiġi umiljat. Huma riedu li tant ikissruh li jwassluh għal tkaxkira fenominali li twasslu li jwarrab anke bħala deputat. Sa hemmhekk kienet waslet il-kattiverja ta’ dawk li marru jiġru għand il-President jippruvaw jilagħbu l-karta tall-Kostituzzjoni.

Imma, u din l-imma hija kbira u ma għadhiex mistura, il-klikka qatt ma riedet lil Bernard Grech. Fil-fatt f’dawn iż-żminijiet Dr Grech għaddej minn żmien imqalleb u jidher ovvju li ma jistax jieħu deċiżżjonijiet għax jagħmlulu ħajtu infern aktar milli hi bħalissa. Sfortunatament Dr Bernard Grech ma qarax il-messaġġi b’mod inteliġenti. Tawh x’jifhem li r-riżultat kien se jkun tant tajjeb u li huma kienu se jkunu mija fil-mija warajh, li bela’ s-sunnara sal-istonku tiegħu.

Poġġewh, qed jinqdew bih, imma ma għandhomx fiduċja fih. Jafu li bih fit-tmun ma humiex se jaslu biex ikunu ta’ sfida għall-gvern. Il-klikka rieduh bħal għasfur tal-passa. Il-klikka rieduh biex iwarrab lil Adrian Delia. Il-klikka riedu jkunu ċerti li Delia jitneżża mit-titlu ta’ Kap. Il-klikka rnexxielhom. Imma issa donnu li qed inċaqalqu l-ilma għal pass li jmiss. Donnu l-klikka qed titħajjar tagħmel il-pass li jmiss issa u mhux wara l-elezzjoni ġenerali li ġejja. Donnu għal darba oħra jridu jbiddlu l-Kap u jpoġġu lil min dejjem riedu. L-għażla ilha li saret. L-għażla qatt ma kienet Bernard Grech. L-għażla kienet femminili imma ma kienetx tidher b’saħħitha biżżejjed li twarrab lil Adrian Delia.

Il-klikka ma riedux li jaħarqu l-midluka tagħhom jekk ma kienx jirnexxilha tieħu l-għola pultruna. Issa mid-dehra l-Partit Nazzjonalista ma ggwadanja xejn. Issa mid-dehra qatgħu qalbhom li jagħtu ġlieda lill-Partit fil-Gvern. Issa donnu huwa ż-żmien li politikament joqtlu lir-re u jpoġġi lir-reġina. Lesti li jġibuha mill-Ewropa. Mossa tajba. Min jaf? Jiena ma naqbilx. Jiena ma qbiltx ma dak li sar is-sena l-oħra. S’issa fuq dak li ġara ftit xhur ilu rriżulta li la bqajna fejn konna għandi raġun. Min jaf it-tieni mossa nieħux ir-raġun ukoll.

One thought on “Francis Zammit Dimech jitwarrab mill-klikka

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *