Bix-xhieda tiegħu, Melvin Theuma ikompli jikkonferma li Yorgen Fenech ġie “framed”.

Illum kompliet il-kompilazzjoni ta’ Yorgen Fenech. Ħarġu numru ta’ stejjer li jkomplu jikkonfermaw dak li qed ngħid jien li hemm frame-up kontra Yorgen Fenech.

L-ewwel konferma toħroġ minn fomm Melvin Thuema stess. Il-Malta Today ġabet li Melvin Theuma qal taħt ġurament fil-qorti li biex jaħtuh il-maħfra presidenzjali jrid isemmi bilfors lil Yorgen Fenech. Infakkar li din il-maħfra ġie rakkomandata mill-uffiċju tal-avukat ġenerali u l-pulizija.

Hawn nistaqsi minn mindu biex persuna tingħata maħfra presidenzjali trid bilfors issemmi lil Yorgen Fenech? Jiġifieri, il-pulizija ma kienetx tagħti rakkommandazzjoni ta’ maħfra lil Melvin Theuma kieku ma semmhiex lil Yorgen Fenech jew ma kien jaf xejn dwaru? Jiġifieri l-maħfra lill-aħwa Degiorgio mhux ser tingħatalhom għaliex ma għandhom xi jgħidu xejn fuq Yorgen Fenech? Jiġifieri, jekk l-aħwa Degiorgio jkun lesti li jigbdu fuq Yorgen Fenech, il-pulizija tirrakkomanda li jingħataw il-maħfra?

Dan hu dak li wieħed jibda jikkonkludi meta jaqra stqarrija bħal din fil-media.

Imbaghad hemm aktar. Allura dan il-ħafna emfasi minn Melvin Theuma fuq Yorgen Fenech, u l-istejjer li qal Melvin Theuma fuq Yorgen Fenech, ġejjin minn dan il-fatt biex jingħoġob mal-korp tal-pulizija għaliex jaf li jekk ma jitkellimx fuq Yorgen Fenech, ma kienx ser ikollu l-maħfra? Jiġifieri r-referenzi kollha lejn Yorgen Fenech, inkluż f’kompilazzjonijiet li Yorgen Fenech l-anqas biss għandu x’jaqsam magħhom bħal ma hija l-kompilazzjoni kontra l-aħwa Agius, Jamie Vella u Alfred Degiorgio hija psikoloġikament marbuta ma’ dan il-fatt?

Fuq kollox, illum ħareġ ċar fil-qorti li Melvin Theuma mhux qed ikun konstanti fix-xhieda tiegħu. Infakkar li minħabba fih hemm persuna li qed tinżamm arrestata l-ħabs. Illum il-maġistrata kellha twiddbu lil Melvin Thuema biex joqgħod attent għaliex qed jikkontradiċi lilu nnifsu. Il-kliem użat mill-qorti huwa li Theuma qed iħawwad.

Skont id-difiza kien hemm mill-inqas erba’ darbiet fejn Melvin Thuema ma kienx konsistenti fix-xhieda tiegħu.

Skont il-pulizja, eżattament is-supretendent Arnaud ma kienx importanti li Theuma ma kienx konsistenti fix-xhieda tiegħu, għaliex fejn ma kienx konsistenti ma kienx fuq fatturi importanti.

Mhux ser ngħid hawn li persuna kriminali, li għamlet flus aktar milli għamilt jien, hija l-paladina tal-pulizija u tar-rule of law, anki wara li nqabdet tħawwad fix-xhieda tagħha fil-qorti. Biss nixtieq infakkar fi kliem Kristu meta qal li ‘min mhux fidil fil-ftit, l-anqas hu fidil fil-ħafna’!

Mela kull analiżi li qed nagħmel fuq dan il-każ hija korretta għall-aħħar u żmien qed jagħtini raġun.

One thought on “Bix-xhieda tiegħu, Melvin Theuma ikompli jikkonferma li Yorgen Fenech ġie “framed”.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *