Where your opinion counts

Il-Eurovision song contest u l-identity politics li qed tmexxih

Fuq l-Eurovision song context ftit għandi xi ngħid u mhux ser nidħol fih. Mhux suġġett li ser nidħol wara l-politika u l-aġenda li hemm warajh. Biss huwa ċar, li dan hu ‘contest’ politiku li qed jitmexxa minn dik li tissejjaħ identity politics. Forsi ser ikun hemm min ma jaqbilx miegħi għaliex b’din il-kelma, wieħed jifhem tendenza ta’ nies li dak li jgħaqqadhom huwa aspett reliġjuż komuni, rażża, jew sfond soċjali u dawn jagħmlu alleanzi politiċi li jmorru lil hinn minn dawk tradizzjonali marbuta ma’ partiti politiċi. Biss mhux dan li qed jiġri b’dawn it-tip ta’ kontestazzjonjiet?

X’mexxa din id-darba? L-għannej li rebaħ hu gay. Forsi tgħiduli li jien omofobiku. L-anqas xejn. X’mexxa l-kantant li rebaħ? Ġabuh jieħu d-droga sakemm ħareġ ir-riżultat. Hu ċaħad li din hija minnha. Biss xorta tistgħu tgħiduli imma inti għandek xi ħaġa kontra d-droga. L-anqas xejn.

Biss jekk dawn ser ikun valuri li ser neżaltaw u dawn huma r-rowl models li rridu mmexxu lit-tfal u ż-żagħżagħ tagħna , ħadd ma jista’ jibda jippretendi li fl-iskejjel, it-tfal tagħna ma jarawhomx bħala mudelli.

Finalment, jien wieħed min dawk li nemmen bis-sħiħ li s-sesswalita’ hija dik li bl-Ingliż tissejjaħ ‘construct’. Wieħed jibni s-sesswalita’ tiegħu. Issa aħna rridu naraw x’mudelli ta’ sesswalita’ rridu nibnu u x’messaġġi rridu nibgħatu.

Onestament ma naħsibx li l-bieraħ nitbagħat messaġġ pożittiv għal min irid jibni s-sesswalita’ tiegħu fuq linja omosesswali. U wisq anqas nemmen li nbagħat messaġġ pożittiv għal dawk li qed jiġġieldu d-droga għax jafu l-ħsara li tagħmel.

Biss hemm fattur wieħed li fuqu ma għandi l-ebda problema. Dawn l-assalti fuq il-kultura ‘tradizzjonali’ minn strutturi li qabel kienu fuq il-periferija fl-Ewropea ser iwasslu biex il-politika ‘konservattiva’ u dik li tissejjaħ ‘tradizzjonali’ ser tagħmel ritorn qawwi ħafna. Dak il-partit u dawk l-individwi li ser jinvestu fiha ser ikunu l-politiċi rebbieħa tal-futur.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *