Storja oħra li turi d-diviżżjoni fil-Partit Nazzjonalista.

Blog post minn osservatur politiku

Wara li l-bieraħ fuq dan is-site tkellmit kif bil-provi dwar id-diskriminazzjoni li qed issir kontra l-ex-kap Dr Adrian Delia, issa nixtieq nieħu ftit l-ispazzju ieħor biex ikompli nuri kemm dan hu minnu. Din id-darba, l-istorja hija dwar kandidat Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali li ġejja.

Dan il-kandidat, hu l-benjamin ta’ Dr Simon Busuttil, għax għin ħafna lill-klikka tar-ribelli u nġarr minn ħsibijiethom. Hu kien fuq quddiem net fil-kampanja ta’ Bernard Grech u kontra Adrian Delia. Qed nirreferi għal Alex Mangion, kandidat minn Ħ’Attard. Ftit ilu kien qed jitkellem fuq ir-radio tal-Partit Nazzjonalista u semma li għalkemm il-liġijiet kollha miktubin fuq il-karta fir-rigward tal-LGBTIQ huma sbieħ, iżda xorta dan ma jfissirx li s-soċjeta qed timxi skond dawn l-istess liġijiet. Hawn naqblu.

Imma mbagħad żelaq waħda sew u wera kemm għadha qawwija d-divizzjoni fil-Partit Nazzjonalista. Dan qal hekk u ser nikkwota kelma b’kelma:

“Fil-ġirja ta’ Kap jien ridt nistaqsi lil Dr Bernard Grech ċertu affarijiet prominenti billi nara Dr Grech kif jaħsibha u għidtlu isma kif taħsibha, inti konservattiv jew liberali? Issa l-kliem konservattiv u liberali għandhom umbrella kbira u taf x’qalli u ammirajtu, ejja ma nqegħdux it-tikketti fuq il-bnedmin. Inti ndividwu li tgħix fis-soċjeta u inti tilħaq fejn tilħaq u mhux għax int x’int u din propju kien jgħidli wkoll Dr Simon Busuttil. Imma kemm nieħu gost li Dr Simon Busuttil u Dr Bernard Grech għandhom l-istess mentalita’, jiġifieri eeh il-Partit Nazzjonalista huwa favurhom”.

Hawn ħafna x’tgħid fuq din is-silta imma se jkolli nillimita ruħi. Staqsa lil Bernard Grech jekk hux konservattiv jew liberali, imbagħad fl-istess nifs jgħid li dawn il-kliem jaqgħu taħt umbrella kbira. Mela kif seta jirrispondik jekk hemm diversi friegħi taħt dawn it-tikketti ġeneriċi. Mistoqsija vojta. Kompla jgħidilna Alex li mpressjona ruħi għax Dr Grech qallu li bħala ndividwu jilħaq mhux għax hu x’inhu. Jekk jimpressjona ruħu b’daqshekk ma tantx trid wisq biex timpressjonah lil Alex.

Kumment bla sens ieħor. Imbagħad ħa gost lil Dr Busuttil u Dr Grech għandhom l-istess mentalita’. Jiġifieri qed jgħid b’mod ċar u ampju li Dr Delia ma jaqbilx ma’ l-LGBTIQ. Issa Dr Delia kulħadd jaf li jitkellem ħafna fuq dan is-suġġett tal-LGBTIQ. Aktar l-isfel hemm il-provi x’għamel, kif tkellem u fejn ipparteċipa Dr Delia. Ħallina Alex!!!!!

Waqt il-program ċempel ċertu Adolf Micallef u qal hekk: “jiena ma niddejjaqx ngħid min jien, iddispjaċut naqra żgħira. Alex Mangion iddispjaċini mill-aħħar intervent li għamel, l-ewwel semma li tkellem ma’ Bernard imbagħad semma li tkellem ma’ Busuttil fuq l-LGBTIQ, tkellem magħhom, in between kien hemm Kap ieħor Adrian Delia, ma semmihx. Qed noħolqu diviżjonijiet. (Interrruzzjonijiet u kliem fuq ieħor).Bħali hawn ħafna li Alex qabeż lil Adrian Delia. Komplu sejrin hekk. Nirringrazzjakom”.

Il-preżentatur, Stanley Zammit, qal lil Alex jirribatti. Mangion qal: “l-ewwelnett nirrikonoxxi lil Adrian Delia li kien Kap tal-Partit Nazzjonalista wara Simon Busuttil. Pero jien kelli dibattitu ma’ Adrian Delia u jien ma nitkellimx fuq dan id-dibattitu għax ma nħobbx nagħmel ħsara lill-Partit. Allura ser inżommha f’qalbi. Jiena nsellem lil dawk kollha li jappartjenu ma’ Adrian Delia, jiġifieri jiena billi ma semmejtx lil Adrian Delia (hawnhekk indaħal Stanley Zammit għax induna li Alex ma kienx se jinġabar u allura dawwar id-diskors u indirizza lil Karl Gouder).

Alex Mangion, fil-veru sens tal-kelma, nieqes ħafna mill-ħażen politiku, fjakk fl-argumentazzjoni. Anzi l-argument li ġab ikkreaw aktar sens ta’ diviżżjoni. Biss semma dettall. Qal li kellu diskursata ma’ Adrian Delia. Jien nisfidak jgħidilna x’kien id-diskursata li kellu ma’ Adrian Delia.

Bi kliem qed jirrikonoxxi li l-klikka qasmet u ħarbtet lill-Partit Nazzjonalista għax kieku ma kontx issellem lil dawk li jappartjenu ma’ Adrian Delia imma kont issellem lin-Nazzjonalisti kollha. Min staqsa qallek li hu Nazzjonalist bit-tessera għal għomru. Ma semma qatt li hu ma’ Adrian Delia. Dak int ddeduċejtu. Stallet ieħor ta’ diviżjoni lill-Partit. Argumenti bħal dawn joħolqu għedewwa bla bżonn.

Leave a Reply

Your email address will not be published.