Meta tkellimt fuq dawn l-affarijiet ġejt mgħajjar arċiġiddieb

Illum deher artiklu fuq Lovin Malta dwar l-operat tal-uffiċju tal-avukat ġenerali. Nixtieq ngħid li l-ewwel ġurnal elettroniku li tkellem fuq dawn l-allegament irregolaritajiet fl-uffiċju tal-Avukat Ġenerali kien Shift News. Niftakar kont ikkummenjat dwar dawn l-irregolaritajiet u ġejt mgħajjar arċi-giddieb.

Issa tela’ dan l-artiklu fuq Lovin Malta. Fejn hija l-oppożizzjoni issa? Fejn hu l-kelliem tal-ġustizzja fil-Partit Nazzjonalista? Ħa jistaqsi fuq dawn l-affarijiet li qed tirrapporta dwarha Lovin Malta? Ħa jikkummenta dwarhom?

Infakkar li minħabba dawn il-kitbiet u l-mistoqsijiet tiegħi għax nixtieq nara li l-affarijiet fil-qasam tal-ġustizzja jsiru sew qed naffaċċja numru ta’ kawżi fil-qorti.

Biss iż-żejt tiela’ f’wiċċ l-ilma. Kif jgħid il-Malti, Alla ma jħallasx bin-nhar ta’ Sibt.

Leave a Reply