L-isparpaljar ta’ flus fl-Isptar San Vinċenż De Paule

Blog post minn osservatur politiku

Il-Ministru Michael Farrugia għadu jistudja. Nispera li mhux se jieħu t-tul ta’ żmien daqs kemm ħa biex studja biex laħaq tabib. Dak li għandu f’idejh huwa diġa’ studju tan-National Audit Office. Jiġifieri dan m’għandux għalfejn jagħmel xi riċerki, imma jaqra u jifhem il-messaġġi li qed jagħtih l-awditur fir-rapport li lestilu. Dan ir-rapport sar dwar il-kuntratt ta’ €274 miljun mogħti mill-isptar San Vinċenż de Paule b’ordni diretta lil James Caterers u lid-DB Group.

Dan il-ministru qal li għadu janalizza dan ir-rapport. Ma jridx jikkumenta qabel dan l-istudju kollu jkun sar. Kif għidt diġa’ donnu dan il-ministru se jieħu ż-żmien tiegħu biex jistudja, jikkonkludi u allura jagħti t-tweġiba mixtieqa. Tgħid se jħalli l-elezzjoni tgħaddi? Tgħid forsi qed jittama li l-prim ministru jagħmel xi tibdil fil-ministri tiegħu u b’hekk jeħles minn dan l-allegat skandlu jaħraq li għandu f’idejh. Araw x’qalilhom lill-Malta Today dan il-Ministru:

“The most important thing for me is that work is done properly; the report is evaluated properly and the conclusions cannot be criticised.”

Qed nifhem sew ministru? Jiġifieri int qed tgħid li qabel ikun żgur li l-istudju tar-rapport ikun tali li ma jkunx jista’ jiġi kkritikat, hu mhux ser ikun lest li jitkellem fuqu. Hekk sewwa ministru!

Infakkrek li wieħed mir-riżultati li sab l-awditur kien li dan ma tressaqx quddiem il-kabinet tal-ministri għad-diskussjoni. Nispera li almenu din tkun tista’ tikkonfermaha, għax inkella jkolli nikkonkludi li tmur il-meetings tal-kabinet għan-numru u mhux biex tipparteċipa.

Infakkar li l-allegazzjonijiet li qed isiru huma koroh. Ir-rapport qal li dan il-kuntratt kien finalizzat wiċċ imb’wiċċ u mhux permezz ta’ offerti. Int taf li lanqas il-Minsteru tal-Finanżi ma jiddaħħal f’dawn id-diskussjonijiet? Inti taf li nkisret il-liġi kif saru dawn in-negozjati? Inti taf li l-preżż ġie minfuħ apposta? Dawn huma risposti li kważi kważi jingħataw b’kemm tfaqqa’ subgħajk u ma tantx fihom ħafna studju x’isir fuqhom. L-allegazzjoni hija serja. F’dan il-kuntratt hemm ħafna spalpaljar ta’ flus. Jiġifieri l-allegazzjoni qiegħda li minn dan il-kuntratt hemm min daħħal eluf, jekk mhux miljuni, fil-but mingħajr ma kien jistħoqqlu. Jiġifieri ma’ dan il-kuntratt hemm marbuta allegazzjoni ta’ serq sfaċċat.

Naħseb li l-ministru għandu jniggeż lil min qed jistudja dan ir-rapport biex ifittex jasal għall-konklużjonijiet tiegħu għax dawk il-miljuni li allegatament huma misruqa, jekk jintraddu lura lill-Ministru tal-Finanzi jinżlulu għasel bħalissa għax ikun jista’ jqassamhom lill-poplu kollu. Ma jistax ikun li fuq ministeru jkun hemm dawn id-dellijiet koroh ta’ allegatament spalpaljar ta’ flus u forsi anke serq.

Qum fuq tiegħek Ministru Farruġia u għamel dak li hu mistenni minnek. Agħti informazzjjoni ċara u tasparenti ħalli l-poplu jkollu sodisfazzjon komplet li l-affarifjiet saru sewwa, u jekk dan l-allegazzjonijiet jirriżultaw veri, għandek tara li l-flus misruqa jintroddu lura lill-poplu kollu Malti u Għawdxi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *