Imut Salvu Dalli u tinfaqa’ bużżieqa oħra tal-liberali

Illum l-gazzetta diġitali tal-knisja tat l-aħbar li miet Salvu Dalli. Għal ħafna, l-isem ta’ Salvu Dalli ma jfisser xejn. Imma meta wieħed jgħid li dan kien dak il-missier minn Ħal Għaxaq li qatel l-ibnu, hemmhekk dan l-isem jibda jfisser ħafna.

Jien kont wieħed min dawk li argumentajt li dan il-bniedem kellu jingħata l-ħelsien mill-arrest. Kont għidt li qed jinżamm arrestat il-ħabs għalxejn. Niftakar il-liberali jgħajtu u jiktbu fuq Facebook li jien kriminali għaliex qed nitlob il-ħelsien ta’ din il-persuna mill-arrest. Qaluli dak “id-Danger Man”. Fil-fatt dan hu l-laqam tiegħu.

Illum dan ir-raġel mar għand il-Ħallieq. Issa jagħmel ġudizzju Alla li żgur huwa aktar rett u ħanin minn dak tal-bniedem.

Biss jistgħu l-liberali jgħiduli fejn kien ta’ periklu dan ir-raġel? Niftakar waħda mill-insinwazzjonijiet li saret mill-liberali kienet li jekk dan jingħata l-ħelsien, huwa kien ta’ periklu pubbliku. Eventalment ingħata l-liberta’ proviżorja. Jista’ xi ħadd jgħidli fejn kien ta’ periklu lis-soċjeta’ dan l-individwu fil-perjodu li kien barra fuq bail? Nixtieq nistaqsi jekk qattx ta’ fastidju lil xi ħadd wara li ħareġ fuq pleġġ? Jew dan kien vittma ta’ sistema ġudizzjarja li mhux taħdem sew?

Ninnota li Newsbook anki ritratt tiegħu biddlu. Meta taw l-aħbar tal-mewt tiegħu ġabu ritratt li l-media wżatu biex ippreżentat dan il-bniedem bħala xi ‘gangster’.

Wara nbidel dan ir-ritratt u tqiegħed dak li hemm issa li huwa wieħed aktar ta’ profil uman.

Sew għamlet.

Il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.

Leave a Reply