ll-Maġistrata Rachel Montebello rrekużat ruħha mis-smigħ tal-kawża tal-libel kontra tiegħi

Illum kien hemm is-smigħ tal-kawża tal-libel li fetaħ kontra tiegħi, Arthur Azzopardi. Din il-kawża kienet qed tinstema quddiem il-Maġistrata Rachel Montebello.

L-avukat tiegħi, William Cuschieri, talab f’ismi, għar-rekuża tal-Maġistrata Montebello. Il-Maġistrata Montebello laqgħet it-talba. Qalet li ma hemm xejn fil-liġi li minħabba fiha hija kellha tirrikuża ruħha milli tisma’ dan il-libel iżda biex żgur tidher li l-ġustizzja qed issir, hija aċċettat it-talba li għamel l-avukat tiegħi biex tirrikuża ruħha milli tisma dan il-libel li fetaħ kontra tiegħi Arthur Azzopardi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *