X’inhu jiġri mill-informazzjoni li qed jiġbor Ray Bezzina?

Blog post minn osservatur politku

Għadni kif qrajt l-artiklu li jittratta lil Alessandro Farrugia li laħquh direttur informazzjoni. Jiena li naf sewwa lil Jesmar Baldacchino li ilu jaħdem b’diliġenza kbira fil-Partit Nazzjonalista, nibda ngħid hemm possibbli li bħalissa t-tmexxija qed tilgħaq biss lil dawk li ħadmu matul il-kampanja ta’ Bernard Grech u ġiet titmellaħ altament minn l-imħuħ fini li għandha fi ħdanha. Imma tista’ tarmi hekk moħħ, apparti li hu tajjeb għandu wkoll ħafna esperjenza. Tafu x’intom tagħmlu? Tafu li dawn deċiżżjonijiet li ma jsirux lejlet elezzjoni ġenerali.

Biss hemm aktar minn hekk. Bernard Grech tant qed ikollu qrar x’jisma’, tant qed ikollu nies li jridu jbattlu l-istonku miegħu, tant qed ikollu kritika li mhux qed ilaħħaq. Allura poġġa konfessur biex, fejn aċċettat, jiltaqa’ man-nies hu. Mela ħafna mid-deputati, kandidati, kunsilliera, nies imdejqa, nies li tbiegħdu u ħafna oħrajn qed ikollhom l-ewwel assalt fuq dan l-imbierek Ray Bezzina, wieħed mill-ġenerali ta’ madwar Bernard Grech.

Kont ser ninsa, issa laħaq il-kap tas-segretarjat ta’ Bernard Grech. Allura nimmaġina li issa kollox hu. Kemm infakkar li dan huwa l-istess Ray Bezzina li meta Bernard Grech, wara mitt jum iddeċieda li jċaqlaq ix-shadow cabinet tiegħu, dan kien qed ikun preżenti fil-laqgħat li Bernard Grech kien qed ikollu mad-deputati individwali. Jekk inqisu n-nuqqas ta’ suċċess enormi li ntlaħaq b’dak l-eżerċizzju, ma tantx jirpirali fiduċja dan Ray Bezzina, li għadda minn għala widnejja li kien involut sew f’dan il-bdil.

Mela dan Ray Bezzina qed jilqa’ ħafna nies hu u mid-dehra hemm ħafna li qed jirremettu miegħu kull argument li jkollhom fuq l-istonku tagħhom. It-tattika tiegħu, wieħed irid jammetti, hija waħda ta’ widna tajba, akkoljenti u anke simpatetika. Qed jasal tajjeb f’dak li qed jagħmel għax la qed imorru għandu biex ibattlu l-istonku, qed ipoġġu ruħu f’pożizzjoni li jisma’ wieħed jgħid kontra l-ieħor, u ieħor kontra xi ħadd ieħor.

Sistema għaqlija li tkun taf il-qoħob ta’ kulħadd u tisma’ wieħed x’għandu xi jgħid fuq l-ieħor. Il-konsegwanza ta’ dan kollu għal dawk li qed imorru għandu hija waħda, x’qed jagħmel bl-informazzjoni li qed jiġbor? Qed jużaha għal ġid tal-Partit?

Nispera li l-informazzjoni tintagħsar biex jintagħmel il-ġid u mhux biex toħloq aktar diviżjoni.

Leave a Reply

Your email address will not be published.