Skont l-Awtorita’ tax-Xandir, Kevin Cassar ma kienx qed jattakka lil Adrian Delia matul il-kampanja għall-kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista

Riċentament, l -Awtorita’ tax-Xandir ħareġ deċiżżjoni fejn fiha qalet li Kevin Cassar ma kien mal-ebda fazzjoni meta kien hemm il-kampanja għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista. L-Awtorita’ tax-Xandir iddikjarat li r-rapport imxandar minn ONE News fejn fih intqal li Kevin Cassar kien mal-fazzjoni ta’ Bernard Grech ma hux veru.

Fi kliem ieħor, skont din id-deċiżżjoni jew għall-inqas skont dak li ġie rrappurtat minn Newsbook, Kevin Cassar ma  kienx fost dawk li ħadmu biex Dr Bernard Grech jieħu t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f’idejh. Biss żgur li kien fost dawk li kiteb biex Adrian Delia jitneħħa minn kap tal-Partit Nazzjonalista.

Jiena ma nistax nifhem kif xi ħadd, hu min hu, jista’ jimmaġina kif bil-kitbiet tiegħu, Kevin Cassar ma għenx lil Bernard Grech f’din it-tiġrija. Infakkar li kull meta Cassar analiżża lil Delia, dejjem attakkah, ikkritikah b’mod voċiferu. Qed nehmeż żewġ artikli miktubin minn Kevin Cassar f’dan ir-rigward u nħalli f’idejn il-qarrejja jekk dawn humiex attakki kontra Dr Adrian Delia jew le. Ovvjament hawn għandha diskors legali fejn wieħed jista’ jargumenta li dawn inkitbu qabel ma bdiet il-kampanja għall-kap ġdid.

Jiena, minn dak li qrajt matul ix-xhur u s-snin li ilu jikteb Cassar, naħseb li mhux talli ma kkritikahx imma talli daħallu f’kull ħaġa li seta’ sab biex jikkritikah fuqha. Żgur li ma kitibtx l-istess kwalita’ ta’ artikli kontra Bernard Grech. dan żgur ħallew impatt waqt kampanja.

Ħa nagħti eżempju biex jiftiehem minn kulħadd. Jekk fir-raħal jew belt tiegħek, fejn wieħed jgħix, ikun hemm żewġ baned u persuna  tibda’ tikkritika kemm tiflaħ lil waħda minnhom, b’mod awtomatiku u loġiku tkun qed tfaħħar lil oħra jew tkun ta’ support għall-banda l-oħra.

Allura kif jista’ jingħad Kevin Cassar li ma kienx ta palata lill-avversarju ta’ Adrian Delia rrispettivament jekk dan kienx waqt kampanja elettorali għall-kap jew le? Naħseb naqblu li Kevin Cassar ta palata lil dawk li riedu jneħħu lil Adrian Delia u dawk li riedu jneħħu lil Adrian Delia spiċċaw jimbuttaw lil Bernard Grech.

Biss, skont l-Awtorita’ tax-Xandir, Cassar ma’ żamm ma ħadd!

https://timesofmalta.com/articles/view/why-delia-must-go-and-why-he-wont-kevin-cassar.718789?fbclid=IwAR3RdztneNXqHZbEgOaDTdiigcby6_fJzZ70l_e0IMNLIPYGCy_UVx75Q44

https://timesofmalta.com/articles/view/why-does-delia-cling-on-kevin-cassar.803685?fbclid=IwAR0GcpRN_TEmorjDRdp87-wlsJuJOAiqXQ12w7S-NxCmFixrYSuybkfMppc

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *