Alessandro Farrugia u d-dellijiet li hemm fuqu

Blog post minn osservatur politiku

Għadni kif qrajt l-artiklu fuq dan is-sit “Alessandro Farrugia qed jissemma bħala d-direttur il-ġdid tal-informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista”. L-isem mill-ewwel laqatni u tektikli xi ħaġa fil-kuruturi ta’ moħħi. Il-kurżita’ għelbitni u għamilt ftit riċerka u dak li nkwietani għaliex hemm affarijiet li jgħaqqdu dan l-isem mal-qrati.

Dan Alessandro Farrugia, skond kif ġie rappurtat fil-medja, kellu kumpanija flimkien ma’ martu, jisimha A2 Co. Ltd. Meta qrajt dak li kiteb il-ġurnal u qrajt sentenzi tal-qorti, mehmużin ma’ dan l-artiklu, mill-ewwel tistaqsi lilek innifsek, imma l-Partit Nazzjonalista bilfors irid dejjem ifittex l-inkwiet? Jista’ ifittxu nies li qatt ma kellhom x’jaqsmu ma’ xi nkwiet legali?

B’dak li qed jgħid il-ġurnal qed jitfa’ tebgħa kerha fuq il-persuna. Tgħiduli imma issa għadda ż-żmien. Veru. Imma allura titfa’ persuna bħal dan bħala Direttur tal-Informazzjoni li, ilu u m’ilux, hemm dik l-istorja mċappsa ma ismu?

Ħa niftehmu, direttur informazzjoni, m’huwiex xi pożizzjoni li ftit li xejn insiru nafu biha. Il-pożizzjoni tiegħu hija waħda mill-aktar importanti fi ħdan partit politiku. Dan minn idejh irid joħroġ informazzjoni delikata u sensittiva. Allura ngħid jien tagħtih dik ir-responsabilita’?

Ma jidhirlux Dr Bernard Grech li qed iressaq aktar inkwiet wara l-bieb tad-Dar Ċentrali b’għażla bħal din? Jekk jistaqsuh xi ħaġa fuq Mr Farrugia x’ser jirrispondi? Forsi Dr Grech jgħidilhom li Alessandro missu qagħad aktar attent. Biex inkunu ċari, skond il-ġurnal mehmuż, il-kumpanija tiegħu u ta’ martu, li huma mniżżlin bħala azzjonisti u diretturi, ġiet xolta mill-qorti fl-2017, jiġifieri m’ilhomx snin twal.

Dan minħabba li falliet b’riżultat ta’ djun kbar u kuntratti mhux osservati. Skond ir-reġistru tal-kumpaniji din għadha qed tiġi likwidata. Ma jinteressani xejn x’ġara iżjed fuq il-każ, la jekk kompliex, la jekk ġiex solvut u lanqas jekk kienx hemm xi arranġamenti ulterjuri. Jiena jinteressani mill-Partit Nazzjonalista. Jiena jinteressani li kull informazzjoni uffiċjali li ser toħroġ mill-Partit Nazzjonalista ser ikollha l-firma ta’ Alessandro Farrugia. U ninkwieta jekk firma ta’ persuna b’dell fuqu jkollhiex effett fuq il-Partit Nazzjonalista.

U ninkwieta ħafna iżjed, meta din il-persuna ma għaddietx mill-iskrutinju tal-Kumitat Eżekuttiv bħalma sar b’ta’ qablu, kif jitlob l-istatut tal-Partit Nazzjonalista Imma kif dan l-imbierek Partit Nazzjonalista ma jistax joqgħod bi kwietu u jaħdem mingħajr ma jitfa’ dellijiet fuqu, ma kull deċizzjoni li jieħu?

Għaliex iċ-ċpar niżel fuq Tal-Pieta’ u donnu ma jridx jitlaq? Dr Bernard Grech, dawk li għandek ma’ dwarek huma nies li kienu qed jaħdmulek fuq il-kampanja tiegħek. Għall-inqas jista’ jsir ivvetjar sew qabel ma jdaħħlu persuni fis-segretarjat tal-kap tal-Partit Nazzjonalista?

https://ecourts.gov.mt/onlineservices/Judgements/Details?JudgementId=0&CaseJudgementId=105800&fbclid=IwAR3c6ZEDE3Mc2wVzFs3De32CQ5wgeqWaYJAtyG_lzSEZDHq7naK6iZEV4pY

https://ecourts.gov.mt/onlineservices/CivilCases/Detail/339437?fbclid=IwAR2m8Fgecl7b53r12XHgyUvrW0M41HoxcmKOgpXBYsV85DDEyqQMwpPCvjQ

Leave a Reply