Christian Peregin jgħid li jien ħadt pjaċir li nqatlet Daphne Caruana Galizia u tajt x’nifhem li tal-Lovin Malta għandhom jinqatlu; tal-blieh!
Christian Peregin tella’ post dalgħodu fejn fih qal li jien ħadt pjaċir li nqatlet Daphne Caruana Galizia u jkompli jgħid li jien tajt x’nifhem li tal-Lovin Malta għandha jiġrilhom l-istess.
Dan kitbu Peregin b’referenza għall-artiklu li ktibt fuq is-sit tiegħi fejn fih ikkritikajt artiklu li deher fil-ġurnal Lovin Malta dwar il-fatt li Keith Schembri għandu cancer f’moħħu. Ara hemm addio d-data protection tal-pazjent.
Nisfidah lil Peregrin jikteb fejn jiena xi darba ktibt li ħadt pjaċir bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jew tajt x’nifhem (implied) li għandhom jinqatlu l-ġurnalisti ta’ Lovin Malta.
Dan hu t-tip ta’ ġurnaliżmu tal-blieh li għandna Malta llum. Dan jgħidulu slander bl-Ingliż. Dan hu ‘gutter journalism’.
