Where your opinion counts

Beppe Fenech Adami jrid apoloġija minħabba dak li sar kontra Toni Bezzina: ser jitlob Beppe Fenech Adami apoloġija għal dak li għamel kontra Adrian Delia?

Wara li d-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina ġie meħlus mill-akkużi kontra tiegħu, araw x’mar jikteb Beppe Fenech Adami:

Naqbel li kull min kien involut f’dan il-gideb għandu jagħmel apoloġija. Imma biex tiskonġra trid tkun pur caro Beppe Fenech Adami. Beppe Fenech Adami, int bdejt minn qabel ma laħaq kap Adrian Delia tgħid kontra tiegħu.

F’kull okkazzjoni li kellek u kull fejn kont għidt kontra l-kap Dr Adrian Delia. Int bniedem beżżiegħ. Int qed tagħmel il-house visits issa, għax imwerwer li tibqa’ l-art wara dak kollu li għamilt. Ħalli ngħidlek x’tagħmel. Għamel apoloġija miktuba u mxandra ma kulħadd għat-tgħajjir li għajjart lil Dr Adrian Delia fl-eżekuttiv.

Trid tagħmel apoloġija lil kull membru tal-eżekuttiv għal dak kollu li għidt matul iż-żmien li kien Kap Dr Adrian Delia. Tista’ tibda billi tiskuża ruħek li kont tara ‘an elephant in the room’ f’kull laqġħa tal-eżekuttiv. Għalissa ser ngħidlek biex tibda’ minn din biss. Kif tgħid din, imbagħad insemmilek iktar.

Ħa naraw kemm int raġel. Ħa naraw kemm int serju. Ħa naraw kemm int idoneju li tissejjaħ Onorevoli. Għandek iċ-ċans kollu issa.

There comes a time when you have to stand up and be counted.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *