Where your opinion counts

The Shift News iridu jkunu aktar onesti magħhom infushom jekk iridu jkunu kredibbli.

Qrajt artiklu ppubblikat fuq The Shift News u miktub minn Blanche Gatt dwar l-avukat Christian Grima. F’dan l-artiklu, Gatt tikkundanna l-fatt li Joseph Muscat fetaħ kważa ta’ libell kontra l-Avukat Christian Grima. Grima kien għamel kumment fuq Facebook fejn prattikament qal li kien Joseph Muscat li sploda lil Daphne Caruana Galizia.

Mhux ser nidħol fl-argument jekk Kastilja kienetx involuta f’dan id-delitt jew le. L-iskop ta’ din il-kitba huwa ieħor.

L-artikolista qalet li hija taqbel mal-ħsieb ħieles u d-dritt tal-espressjoni. Naqbel magħha. Naqbel magħha wkoll meta qalet li Joseph Muscat ma kellux jiftaħ dan il-libell kontra Christian Grima. Hawn naqblu. Qalet ukoll li Christian Grima ġie fl-imgħoddi akkużat li qed jieħu flus mingħand Yorgen Fenech. Insistit li din mhux vera. Infakkar, li din l-akkuża saret anki fuqi. Ma għandix dubju li Christian Grima mhux qed jieħu flus mingħand Yorgen Fenech.

Biss imbagħad hemm element ta’ ipokrezija. Infakkar li The Shift News għamlet festa għaliex il-familja Caruana Galizia talbu biex jien ninġib fuq disprezz tal-qorti fuq li ktibt għaliex mhux qed naqbel mal-mod kif il-pulizija qed jmexxu dan il-każ. Mela dak hux mezz ieħor biex tagħlaq ħalq dak li jkun? Dik mhix forma ta’ oħra ta’ ċensura, din id-darba eżerċitata mill-familja Caruana Galizia? Jew f’dan il-pajjiż, din il-familja għandha xi pussess li ħaddieħor ma għandux? Infakkar li kienet il-familja Caruana Galizia stess li talbet biex issir din il-kawża ta’ disprezz kontra tiegħi.

Nispera li hawn hawnx kunċetti klassisti minħabba l-background soċjali li l-persuni jkunu ġejjin minnhom, jiġifieri d-dritt tal-espressjoni għandu jkun eserċitat biss minn ċertu persuni u mhux minn oħrajn.

Il-problema li għandna llum hija li jeżistu wisq “double standards” fil-qasam ġurnalistiku. U dan hu li qed jagħmel il-ħsara lill-ġurnaliżmu f’Malta.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *