Tarbija fil-ġuf tkellem l-ommha – kitba ta’ Maria Cini

Ma, illum nagħlaq għaxar ġimgħat għandek!

Kemm jiena ferħana.

Nixtieq nara wiċċek sabiħ.

Kemm għandek qalbek kbira, tiegħi żgħira imma qed tismagħha mama? Bu bum bu bum bu bum.

Taf lil min ġejja nixbaħ? Lilek mama!

Xagħri se jkun nokkli u għajnejja ċelesti, bħal tiegħek!

Naħseb ħa nkun ħelwa bħalek, qalulek li jiena tifla? Naħseb għadek ma tafx hux? ????

Issa tara kemm nieħdu gost jiena u inti nilgħabu u nidħqu.

Nisimgħek tafx jiena titkellem u tkanta u il-mużika nismagħha … kemm togħġobni. ????

Ma nafx x’hemm barra, pero hawnhekk dlam, komdu, sħun pero sigur.

Għalfejn dan l-għajjat? Jaqaw qegħdin jiġġieldu miegħek? U le tibkix.

Jiena mdejqa illum, għax lilek inħossok tafx? Smajtek tibki bil-lejl.

Issa dalwaqt tisma lili … u naħseb mhux ser inħallik torqod. Imma la nikber nieħu ħsiebek, żgur żgur. Ħa norqod ftit issa, bħalek.

Għalfejn qiegħda inkwetata? Qed inħossok ukoll tafx. U għalfejn dan il-ġiri? Jekk taqa’ tweġġa’ …. u jien għandi bżonnok.

Kemm hawn riħa stramba f’daqqa waħda. Erġajt qiegħda nisimgħek tibki. Tħallihomx iweġġgħuk ta!

Ma… Ma.. x’inhu jiġri??

Ma għini, x’inhuma jagħmluli?

Ftakar kemm inħobbok mama!

Toqtolnix MAAAA!!!

Maria Cini (Mizzi) 13/5/21

PS. Jiena ghandi tifla u bdejt naħseb fuqha. Pero ma spiċċatx maqtula. Jisimha Rachel Bradley. U nħobbha aktar mid-dawl ta’ għajnejja. Grazzi binti xxx

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *