Francis Zammit Dimech jibgħat messaġġ lid-deputati kollha tal-PN biex ma jgħaddu l-ebda messaġġ fuq il-private member’s bill ta’ Marlene Farrugia

Il-bieraħ filgħaxija, Francis Zammit Dimech bagħat messaġġ lid-deputati kollha tal-PN biex ma jgħaddu l-ebda kumment fuq il-private member’s bill ta’ Marlene Farrugia dwar l-abort. Dan il-messaġġ nbagħat minn Francis Zammit Dimech għall-ħabta ta’ 20.40. Fuq kollox, dan il-messaġġ inbagħat mingħajr ma saret l-ebda konsultazzjoni. Dan il-messaġġ ġie miftiehem mid-deputati li l-PN kien qed jagħmilhom mażra biex ma jitkellmux fuq dan is-suġġett. Fi kliem ieħor, dan il-messaġġ minn Francis Zammit Dimech deher li l-PN beda jakkomoda l-grupp liberali li għandu fi ħdanu.

Biss dan il-messaġġ minn Zammit Dimech wassal għal diżgwid fil-Partit Nazzjonalista. Minnufih, bdiet issir ħafna pressjoni minn diversi deputati fuq Bernard Grech. Tant kienet kbira din il-pressjoni li dan kellu jtella’ post fuq is-suġġett ftit siegħat wara. Wara li Bernard Grech tella’ dan il-post, l-istess deputati ġew inkoraġġiti li jagħmlu share ta’ dan l-post. Il-post inkwistjoni ta’ Bernard Grech hu dan li ġej:

Jiġifieri, l-ewwel il-Partit Nazzjonalista pprova jakkomoda l-fazzjon liberali fi ħdanu u għamel sarima ma’ ħalq id-deputati li huma kontra l-abort biex ma jitkellmux. Imbagħad meta raw l-furur li qam fil-media soċjali, fejn ħafna Nazzjonalisti ħarġu fil-beraħ kontra l-abort, Francis Zammit Dimech kellu jagħmel ritirata u Bernard Grech tkellem fuq is-suġġett u d-deputati bdew jiġi mħeġġa biex jagħmlu share tal-post ta’ Bernard Grech.

Minkejja dan il-post li tella’ Bernard Grech, ħafna fil-Partit Nazzjonalista qed jintrepretaw dak li ġara l-bieraħ bħala li Bernard Grech qed jibża’ mill-liberali u li hu paroli biss għandu fuq dan is-suġġett. Fil-verita’, ħafna deputati qed jindunaw li Bernard mhux se jkun t’ostaklu la darba nfetħet diskussjoni dwar l-abort.

Fuq kollox, issa l-kanuni qed iduru fuq Beppe Fenech Adami. Fl-aħħar elezzjoni Beppe Fenech Adami kien tela’ minn żewġ distretti. Biss ma ridx iċedi s-siġġu ta’ Birkirkara. B’hekk ċeda is-siġġu l-ieħor u dan wassal biex seta’ jitla’ Godfrey Farrugia.

Il-PN ikompli jibqa’ jbati mill-iżbalji li għamel Simon Busuttil.

Leave a Reply