Oppożizzjoni mitlufa biex tipprotesta għaliex mart Bernard Grech ma ġietx mistiedna fuq programm ta’ divertiment
Blogpot minn osservatur politiku
David Thake mar quddiem il-bini ta’ Television Malta biex jipprotesta dwar l-iżbilanċ li jeżisti fix-xandir nazzjonali. Għamel diskors qasir fejn semma li l-Gvern ser jagħti mat-tletin miljun euro fuq medda ta’ ħames snin. Huwa esiġa li dawn huma flus mit-taxxi tal-poplu u Television Malta għandha toqgħod attenta li tonfoq dawn il-flus b’mod għaqli ħalli jservu ta’ ġid għall-poplu Malti kollu. Huwa kompla jgħid li ma hux aċċettabli li x-xandir jisserva bħala propaganda għall-gvern. Huwa qal li kemm ilu Dr Robert Abela Prim Ministru, l-Partit Nazzjonalista għamel iżjed minn tletin protest bil-miktub lill-Public Broadcasting Services fuq żbilanċ fix-xandir pubbliku. Qal li kien ser jagħti xi eżempji imma ffoka fuq eżempju wieħed biss u oħroġ il-għaġeb, dan l-eżempju kien fuq il-parteċipazzjoni tal-mara tal-Prim Ministru fi programm ta’ divertiment immexxi minn Ron. Ħa niktbilkom x’qal dan id-deputat tal-parlament Malti:
“Fuq il-program SerataRon, li kien hemm il-ġimgħa li għaddiet, ġiet mistiedna l-mara tal-Prim Ministru. Ma fiha xejn li aħna nistiednu l-mara tal-Prim Ministru biex anke hi tagħti messaġġ ta’ Jum l-Omm, pero il-bilanċ kien jitlob illi peress li l-mara tal-Prim Ministru hija persuna politika, hija l-mara tal-Prim Ministru, il-mara ta’ wieħed mill-mexxejja taż-żewġ partiti politiċi ewlenin ta’ pajjiżna, anke l-mara tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Mrs Grech, kellha tiġi mistiedna wkoll”.
Huwa spiċċa biex qal li
“m’aħniex qed nippruvaw infittxu ix-xagħra fl-għaġina”.
Jiġifieri membru tal-parlament Malti li jirrapreżenta l-Partit Nazzjonalista jmur quddiem il-bini ta’ Televsion Malta biex jipprotesta fuq nuqqas ta’ bilanċ u bħala eżempju ta’ żbilanċ jiffoka fuq li l-mara tal-Kap tal-Oppożizzjoni ma kienetx mistiedna fuq il-program SerataRon, nimmaġina biex anke hi, tkun tista’ tgħaddi l-awgurju ta’ Jum l-Omm. Imma possibbli, David Thake, minn tletin protesta li għidt li ressaqtu mal-Public Broadcasting Services ma ddejjaqtx tirredikola ruħek u tagħti eżempju pwerili bħal dan, mhux minħabba Mrs Grech (biex tkun ċara li għandi rispett kbir lejha), imma l-eżempju kien redikolu. Taħseb li jekk Dr Bernard Grech kien irrabjat għax ma stiednulux il-mara, ma ħassx li kien biżżejjed li bagħat ittra ta’ protesta. Kellu għalfejn jibgħat lilek biex toħroġ ħarġa ta’ ċuċ.
Jekk veru l-protesti li qed isiru fuq ix-xandir pubbliku huma bħal dan l-eżempju li semmejt, veru l-Partit Nazzjonalista mehdi fuq ċuċati kbar.
Mhux ix xaghra l ghagina. Imma f ghagina ta 10 xkejjer dqiq.