Kif David Thake u Adrian Delia wieġbu l-istess mistoqsijiet tal-ġurnalisti ta’ One News?

Blog post minn osservatur politiku

David Thake għadu ma jistax jemmen li Jason Azzopardi bellagħlu daqshekk gideb. Tant ma jistax jammetti li qed jiġi meqjuż qisu mazzun li jara kif jiżloq mis-sitwazzjoni stupida li ġie fiha. Il-mod inkredibbli kif qed jirrispondi lill-ġurnalisti hija turija ċara li dan ma jistax jaċċetta l-fatt li ġiddieb u ħabib għaddieh passata daqstant kbira. Aqraw hawn kif qed jaġixxi ta’ mazzun u għadu ma jistax jemmen xi ġralu. Il-ġurnalist tal-ONE News staqsieh:

“Onor. Thake, fid-dawl tal-iżviluppi tal-aħħar ġimgħa fil-Partit Nazzjonalista, l-ewwelnett, inti kont tirtirahom l-allegazzjonijiet li għamel Jason Azzopardi fil-konfront ta’ Adrian Delia? Int kont deputat li għamilt dawn l-allegazzjonijiet flimkien ma’ Jason Azzopardi fosthom li David Casa ġie mminat minn Adrian Delia. Lil min temmen lil Jason Azzopardi jew lil Adrian Deli? Għax qisu filli hemm stqarrija li qed tgħidu isma dawn għamlu paċi, qed nirtiraw dawn l-allegazzjonijiet ta’ Jason Azzopardi, madankollu fl-istess waqt qiesu hemm reluctance min-naħa tad-deputati kif anke ġejna nistaqsukom il-bieraħ. Inti kieku kont tirtirahom dawn l-allegazzjonijiet?”

David Thake rrisponda hekk:

“Ehhhh, id-domanda għamiltuhieli l-bieraħ u rrispondejtha, nerġa’ nagħtik l-istess risposta”.

Il-ġurnalist kompla: “Inti għadek issostni li kienu tħallsu flus biex ma jitlax David Casa? Jason Azzopardi irtiera fl-istqarrija l-ġimgħa li għaddiet”.

Thake jirrispondi: “Il-materja li qed issemmi inti hija suġġetta issa għall-investigazzjoni, mhux hekk, u inkjesta maġisterjali. Dak kollu li kelli ngħid għidtu lill-maġistrat”.

Tant qed iħossu mbarazzat minn dak li bela’ minn għand Jason Azzopardi li ma jafx kif ser jaqbad jirrispondi. Ħa nisimgħu l-verita issa. L-istess ġurnalist tal-ONE mar fuq Adrian Delia u staqsieh:

“Illum staqsejna lil David Thake dwarha u llum qiesu kien xott fi kliemu. Qalli hemm proċessi għaddejjin fil-qorti pero ma ċaħadhiex”.

Adrian Delia rrisponda hekk:

“Ħa nfakkar fil-proċess li għaddej il-qorti u dan hu pubbliku, imma rrid infakkar għax in-nies imbagħad jinsew wara ftit xhur. Tela’ jixhed David Casa nnifsu li qal li ma għandu ebda prova ta’ xejn. Tela’ jixhed David Thake nnifsu illi kien qal li, allanqas hu fil-konfront tiegħi, la għandu xejn u ma qed jallega xejn, imma anke fil-proċessi tal-qorti u nittama li dawk il-proċessi jingħalqu kemm jista’ ikun malajr, ħalli jkun issa mhux biss ċaħdiet tan-nies imma l-konferma tal-qorti għax hija t-tieni minn dawn l-allegazzjonijiet l-iktar importanti li semmejtlek. It-tielet waħda d-diskors intqal li jiena qiegħed fil-but ta’ negozjant, jekk ta’ wieħed ta’ l-ieħor ma tagħmilliex differenza, imma ma qiegħed fil-but ta’ ħadd u dik ġiet miċħuda”.

Il-ġurnalist kompla jistaqsi: “F’dik l-istqarrija kien hemm ammissjoni li Jason Azzopardi li gideb kemm-il darba fuqek, taħseb li huwa denju ta’ rappreżentant tal-poplu wara li jkun għamel dan kollu”.

Ir-risposta ta’ Adrian Delia kienet din: “Napprezza l-mistoqsija tiegħek u tajjeb li ssaqsuha pero trid tirrispetta l-fatt wkoll illi jiena għamilt dik l-istqarrija fuq dak l-episodju. Ma nixtieqx illi nerġa’ nqajjem issa min-naħa tiegħi u mhux ser inkun jien illi nerġa ninizzja xi battibekk f’dak is-sens”.

Il-ġurnalist reġa’ prova: “Huwa parti mill-ftehim li ma tikkritikax lil Jason Azzopardi?”

Adrian Delia rrisponda b’dan il-mod: “Le jiena ma nagħmilx ftehim fejn jiena b’xi mod, imkien, inħalli lil xi ħadd irazzanni.”

Leave a Reply