Karol Aquilina ser ikollu d-dritt jikkontesta l-elezzjoni li ġejja?

Karol Aquilina ttella’ l-qorti mixli b’sewqan traskurat fi triqtu lejn il-parlament. Dan l-inċident ġie muri fuq il-ONE imma jien ma nħossnix espert tat-traffiku jew tas-sewqan biex niġġudika kienx hemm traskuraġni min-naħa tas-sewwieq. Għalhekk inħalli f’idejn l-esperti biex, fuq l-evidenza kollha li għandhom, jaslu għall-konklużjoni. Biss xorta naħseb li l-pulizija ma għandhomx raġun f’dan il-każ. L-ewwel ħadu dan iż-żmien biex iressquh. It-tieni, bħala deputat tal-poplu, kellu raġun li ma jiġix imwaqqaf, aktar u aktar jekk kien sejjer lejn il-parlament, irrispettivament liema barrani kien qed ikun eskortat f’dak il-mument.

Biss il-problema tinsab x’imkien ieħor. Kif spiċċa s-smigħ tal-kawża dalgħodu, Dr Aquilina deher ħiereġ mill-qorti jitbissem u lill-ġurnalisti qalilhom biex iħalluh kwiet. Biss, il-qorti tat diferiment għat-tkomplija tas-smigħ tal-kawża għal Frar tas-sena d-dieħla, jiġifieri tal-2022. Dan id-diferiment fit-tul ġab ħafna mistoqsijiet.

Wisq probabbli, sa kemm jerġa jinstema’ s-smigħ, tkun ġa ssejjħet elezzjoni ġenerali. Jekk dan ser ikun il-każ, il-Partit Nazzjonalista ser ikollu jieħu xi deċiżjoni fir-rigward ta’ dan id-deputat, li bħal issa qed jgħaddi minn proċeduri kriminali. Ser ikun meqjus bħala kandidat tal-Partit Nazzjonalista għal din l-elezzjoni? Ser ikollu d-dritt Karol Aquilina li jikkontesta għall-elezzjoni ġenerali li ġejja?

Infakkar li meta Karol Aquilina kif sar jaf li l-pulizija se tressqu l-qorti, minn jeddu, neħħa lilu nnifsu minn kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja u r-Riforma Elettorali. Il-Partit Nazzjonalista aċċetta din id-deċiżjoni, tant li dawn id-dikasteri għaddihom lil deputat ieħor. Imma waqaf hemm. Il-Partit Nazzjonalista ma ħax deċiżżjonijiet oħra fuq Dr Aquilina.

Il-poplu Malti u Għawdxi jaf li l-elezzjoni qiegħda wara l-bieb. Meta se tkun il-ġurnata eżatta ħadd ma jaf għaliex dik hija prerogattiva tal-Prim Ministru biss. Jekk l-elezzjoni tingħajjat qabel Frar tas-sena d-dieħla x’se jagħmel il-Partit Nazzjonalista? Kif se jaġixxi fuq il-kwistjoni ta’ Karol Aquilina? L-amministrazzjoni tal-Partit iħossu li dan id-deputat għandu jitħalla jkun kandidat għall-elezzjoni ġenerali?

Allura s-serjeta’ titlob li dan id-deputat jiddikjara mil-lum, x’inhu l-ħsieb tiegħu dwar il-kandidatura tiegħu fil-futur qarib. Apparti li nsiru nafu kemm jista’ ikun malajr ir-reazzjoni ta’ dan il-kandidat, naħseb ikun xieraq li anke l-Partit Nazzjonalista għandu jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu b’mod ċar.

2 comments

  1. To me, this incident was inspired by a blog by the infamous blogger Daphne Caruana Galizia when she bragged about similar reckless driving amongst the prime minister’s police escort. She was applauded by her avid readers and usual suspects posting comments for her daring (and illegal) bravado. And our police force was way too meek to press charges because, simply put, they were scared to cross her for fear of I don’t know what.

    I am positively sure that our own dear Dr Aquilina, a committed disciple and blind follower of daphne, felt inspired to let the legacy live on.

    But now, let him face the music. Whether PN allow his name to appear on the ballot paper or not, is no concern of mine, whether the case is closed or not, found guilty or otherwise…

  2. I object to Daphne’s being described as “infamous”. Clearly the commentator has his political involvements exposed.

    If Court is manouvring its administration of justice against Dr Carol Aquilina in favour of the party in Government, it would be undiplomatic of PN to be a chess pawn to these malicious manouvres by impeding Carol from contesting. Carol’s own decision not to contest would only be foolishly obedient, far from gentlemanship.

    Carol MUST contest.

Leave a Reply