Possibbli li PricewaterhouseCoopers ma ndunawx bl-allegat abbużi fil-Progress Press għad-dannu tal-Gvern?

Il-bieraħ kellna t-tkomplija tal-kompilazzjoni marbuta ma’ frodi minn kumpanija Progress Press. Leanne Bonello, spettur mill-iskwadra tal-pulizija ta’ kontra l-ħasil tal-flus kienet qed tagħti x-xiehda tagħha f’kawża fil-qorti li tittratta lil Michael Rizzo, Direttur Maniġerjali u Claude Licari, ex-kontrollur finanzjarju, fil-Progress Press. Dawn iż-żewġ uffiċjali tal-Progress Press qed jaffaċjaw akkużi ta’ frodi u ħasil tal-flus. Dawn iż-żewġ uffiċjali qed jiġu mixlija, fost affarijet oħra, li bejn l-2013 u l-2019, dawn għamlu qligħ bi frodi mill-Malta Enterprise meta ressqu dikjarazzjonijiet foloz lill-istess Malta Enterprise. L-Ispettura qalet li din il-kwistjoni nqalgħet għaliex il-pulizija jaħsbu li l-ispiża għall-tliet magni tal-istampar kienet minfuħa. Dan id-dokument wara ntbagħat lil Malta Enterprise bħala applikazzjoni għall-fondi. Fil-fatt l-Ispettur kompliet li:

“She said the machines were purchased in 2013 for €5.5 million, which also included around €2.5 million in consumables and which should not have been included in the application. She said it is estimated that the company received some €730,000 more than what it was entitled to”.

L-ispettur qalet li Adrian Hillman kien iffirma d-dokumentazzjoni kkonfermata bil-firma ta’ Michael Rizzo. Meta tiftakar li dawn huma nies li fil-gazzetti tagħhom jippruvaw jagħtu pariri jew struzzjonijiet ta’ kif media houses jew azjendi oħra għandhom jimxu, tibda’ biex ma tifhimx kif jistgħu nies, li jkunu qed allegatament jikkommettu reat, jażżardaw jagħtu l-pariri jew jikkritikaw lil ħaddieħor.

Biss hemm aktar minn hekk. Claude Licari qal li r-rapport li hu ffirma kienu rawh qablu PricewaterhouseCoopers. Din hija għaqda ta’ audituri internazzjonali. Nistaqsi meta The Times jew The Sunday Times ser jagħmlu editorjal fuq dan il-punt? Possibli li kumpanja ta’ awdituri ma ratx dan it-tbaswir?

Nistaqsi jekk l-Pulizija investigawx lill-PricewaterhouseCoopers fuq dan il-każ? Il-biża’ tiegħi huwa li l-pulizija ma għandix l-esperjenza biex issegwi l-kawżijiet sal-fond tagħhom.

Infakkar li The Sunday Times riedu jgħidu lill-Partit Nazzjonalista x’għandu jagħmel. Dawn in-nies addirettura kitbu editorjal fis-Sunday Times of Malta fuq din il-linja ta’ ħsieb indirizzata lill-Partit Nazzjonalista.

Issa il-bieraħ ħarġet din id-dikjarazzjoni fil-qorti magħmula mill-pulizija wara li raw u studjaw id-dokumentazzjoni kollha. Issa x’ser jagħmlu l-edituri? Dawn qed jikkonsidraw li jitfgħu r-riżenja tagħhom talli kienu parti minn strutturi daqshekk maħmuġa? Fuq kollox, lesti jinvestigaw x’rowl kellu Adrian Hillman f’dan kollu? Jew ser jibqgħu mpjegati ma’ kumpanija li allegatament tidher li iffrodat lill-Malta Enterprise, allura lill-pajjiż u allura lill-poplu Malti, seba’ mija u tletin elf Euro (€730,000)?

https://timesofmalta.com/articles/view/progress-press-officials-made-no-personal-financial-gain-police.870889

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *