Jason Azzopardi għadu ma spjegax kif hu biss kellu aċċess għall-messaġġi ta’ Yorgen Fenech

Blog post minn osservatur politiku.

F’wieħed mill-artikli tiegħek Dr. Mercieca, innotajt li int tkellimt fuq  l-uniku punt li ssemma minn Adrian Delia fil-post tiegħu u li fih issemmiet il-Pulizija. Dan l-artiklu jew punt huwa kif ġej.

Dan il-punt sar minn Adrian Delia fil-konfront ta’ Jason Azzopardi. Dan il-punt ma ġiex imwieġeb jew miċħud fl-istqarrija konġunta li ħarġu Adrian Delia u Jason Azzopardi flimkien. F’dan l-artiklu jew punt, Adrian Delia qed jakkuża lil Jason Azzopardi li huwa l-bniedem li kellu aċċess għaċ-chats ta’ Yorgen Fenech meta dawn kienu għadhom għand il-pulizija. Infakkar li chat minnhom kien spiċċa fil-media.

Jason Azzopardi kien f’pożizzjoni fejn seta’ faċilment jiċħad dak li qed jintqal fuqu minn Adrian Delia f’dan il-punt. Kieku Jason Azzopardi għamel hekk, Adrian Delia kien ikollu jaċċetta dak li qed jgħid Jason Azzopardi jew inkella jipprovdi evidenza biex juri l-kuntrarju. Iżda Jason Azzopardi ma ċaħadtx u Adrian Delia ma rtirahiex. Għaliex Jason Azzopardi ma ndirizzax dan il-punt fejn qed jiġi akkużat li kellu chats li suppost kienu biss għand il-pulizija? Kif chat spiċċa fil-media?

Mela allura x’qed tistenna l-pulizija? Għaliex mhux qed tagħmel xogħolha? Għaliex il-pulizija ma ħadhietx stqarrija fuq din il-kwistjoni taħt ġurament? Għaliex il-media għadha tipproteġi lil Jason Azzopardi billi tattakka lil Adrian Delia, wara li Jason Azzopardi ammetta tant affarijiet fl-istqarrija konġunta?

Ġaladarba Jason Azzopardi ma ċaħadtx li hu kellu dawn iċ-chats li setgħu kienu biss għand il-pulizija, għaliex il-leakages lill-media, dejjem kienu selettivi? Għaliex s’issa għadna ma rajna u smajna xejn dwar chats l-oħrajn? Minn xix qed jibża’ Jason Azzopardi?

Leave a Reply