Veteran Nazzjonalista, Ċensu Borg jirringrazzja lill-Media tal-Partit Laburista għas-solidarjeta’ li wriet miegħu

Qed inġib post fuq Facebook ta’ Ċensu Borg, magħruf bħala Ċensu l-Iswed. Ċensu Borg kien is-suġġett ta’ kawża ta’ libell li fetaħ kontra tiegħu Jason Azzopardi. Jason Azzopardi rebaħ din il-kawża. Biss kienet rebħa Pirrika, jiġifieri fil-verita’ dan Jason Azzopardi ma rebaħ xejn, anzi tilef, għaliex ir-rebbieħ finalment ħareġ li hu Ċensu Borg. B’din ir-rebħa li Jason Azzopardi għamel fuq Ċensu l-Iswed wasslet biex Adrian Delia tella’ post fejn ħareġ fil-beraħ il-gideb Jason Azzopardi. Dan wassal biex kibret is-solidarjeta’ lejn Ċensu L-Iswed fost ħafna Nazzjonalisti.

Biss dan il-messaġġ għandu sinifikat politiku qawwi. Qatt ma għandu deputat jiftaħ kawżi ta’ libell jew kawżi oħra fil-qorti kontra n-nies fil-Partit tiegħu stess. Dan għaliex dawn il-kawżi jwasslu biex jagħmlu ħafna ħsara lill-istess deputat. Ċensu l-Iswed dejjem kien wara l-Partit Nazzjonalista, inkluż fl-agħar perjodu tal-istorja tiegħu, meta l-familja ta’ Jason Azzopardi kienet mal-Lejber. Infakkar li l-familja tiegħu kienu canvassers tal-Ministru l-aktar diskuss Laburista, Lorry Sant, f’dan il-perjodu.

X’ħa minn dan kollu Ċensu l-Iswed talli kien wara l-Partit Nazzjonalista fl-agħar żminijiet tiegħu? Xejn. Ġiet il-ġenerazzjoni l-ġdida u riedet tkissru fil-qorti. Tafu għaliex? Għaliex l-uniku dnub tiegħu kien li Ċensu l-Iswed mar ma’ Adrian Delia u mhux mar-ribelli u l-kap preżenti Bernard Grech.

F’dawn l-attakki kollha minn Jason Azzopardi, Ċensu l-Iswed sab solidarjeta’ mill-media tal-Partit Laburista!

Fuq kollox, din l-istorja wasslet biex inħolqu żewġ stejjer paralleli. Il-verżjoni tal-qorti u l-verżjoni li qed tingħad bil-fomm fost in-nies dwar x’ġara eżatt fil-Hilton Hotel. Jien mhux ser nidħol fuq liema minnhom hija minnha. Għal ħafna, din il-verżjoni li bdiet tiġri fost in-nies, irrispettivament mid-deċiżjoni tal-qorti, wriet kemm hu aħjar għall-politiku li jkollu kelma nieqsa milli kelma żejda.

One thought on “Veteran Nazzjonalista, Ċensu Borg jirringrazzja lill-Media tal-Partit Laburista għas-solidarjeta’ li wriet miegħu

  1. Il magistrat tixtieq tigdem Mickleham imma issa ma tistax.id dekjarazzjoni tal paci uriet min hu vera azzopardi.
    ..

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *