Where your opinion counts

L-editur ta’ The Sunday Times jispara r-raba’ kanunata kontra Bernard Grech

Il-bieraħ kienet ir-raba’ ġurnata wara l-laqgħa tal-esekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ma saritx. Il-bieraħ kienet ir-raba’ jum li fih sar attakk fuq Bernard Grech. Dan l-attakk sar indipendament mis-survey tal-Malta Today.

Din id-darba, il-kanunata ġiet sparata permezz ta’ editorjal ta’ The Sunday Times of Malta. F’dan l-editorjal l-editur ried jurina b’konvinzjoni li fl-elezzjoni li ġejja għandna rebħa oħra kolossali għall-Partit Laburista, allavolja dan il-partit imċappas b’kull kwalita’ ta’ skandli. Għal dan kollu, jgħidilna l-editur, ma jista’ qatt ikollu l-kredtu l-Partit Laburista waħdu u fil-fatt jgħidilna li l-Partit Nazzjonalista ‘is failing to inspire’ u allura għalhekk il-Partit Laburista għadu jidher renjanti u ċ-ċans hu li ser jibqa’ jirrenja.

Għandna ammissjoni mill-editur li Dr Bernard Grech, ‘is clearly failing to make inroads, heading to an election which will likely lead to another PN leadership challenge’. Il-problema hi li Dr Bernard Grech diġa ilu seba’ xhur u f’dawn ix-xhur kollha il-Partit Nazzjonalista jidher li għadu jfittex it-triq fejn irid imur u x’linja politika jrid jieħu. L-editur qed jgħid li mhux sewwa li nwaħħlu fil-kap biss, imma rridu niftakkru li l-Partit Nazzjonalista ilu jiżvinta mill-2008. Fl-aħħar din il-gazzetta qed turina ftit ammissjonijiet. The Sunday Times tkompli tattakka lil Kap tal-Partit Nazzjonalista li weħel fuq il-kompromessi, sitwazzjoni li ma hi qiegħda togħġob lil ħadd.

Tkompli tgħid li Dr Bernard Grech qed jgħaddi ħafna sinjali ta’ indeċiżjonijiet bħal per eżempju fuq il-ħtif tal-art tal-Miżieb. Inċertezza wkoll fuq il-problema tal-emigranti illegali. L-editur qed jesprimi li flok Dr Bernard Grech jaqbad il-kwistjoni tal-ambjent u jieħu pożizzjoni soda, b’kuntrast mal-massa ta’ konkrit li qed iwassalna fiha dan il-gvern, Dr Bernard Grech għadu qed jipprova jintgħoġob mal-grupp tal-kaċċaturi u dawk tal-iżvilupp.

L-editur qal li dak li għamel nhar il-Ħamis Dr Bernard Grech, meta għajjat laqgħa tal-esekuttiv li mbagħad ħassarha, u wara li ħarġet l-istqarrija, Dr Bernard Grech ħareġ jgħid lill-ġurnalisti li l-kwistjoni ġiet risolta. Dik kienet dikjarazzjoni li ma ġiet emmnuta minn ħadd. U b’dak li qal fajjar daqqa ta’ ponn qawwija lill-istess partit tiegħu. L-editur kompla jistaqsi, jekk Dr Bernard Grech ma ikunx veritier fuq żewġ posts u joħroġ jgħid li issa kollox għadda, kif jista’ l-poplu jafdalu f’idejh ħafna affarijiet oħra aktar kbar u serji. L-editur ta’ The Sunday Times kompla li għalkemm il-Partit Nazzjonalista qed jipprova jiġbed lejh kandidati żagħżagħ, dan mhux biżżejjed. Il-Partit Nazzjonalista jrid jeħles minn dawk in-nies li weħlu f’xibka u allura ankraw lill-Partit Nazzjonalista bħala wieħed reazzjonarju.

L-editur ikkonkluda b’dan il-ħsieb li jekk Dr Bernard Grech ħa 100 ġurnata biex għamel tibdil fil-kabinett tiegħu, kif ser jikkonvinċina li hu l-persuna idonea li tiffaċċja elezzjoni ġenerali bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

One thought on “L-editur ta’ The Sunday Times jispara r-raba’ kanunata kontra Bernard Grech

  1. Nistaqsi:ghaliex ma hix qed tissemma iktar li jridu jergu jifthu l-egrant. Forsi ghax ktibt /irrid li jekk jifthu l-egrant trid tinfetah l-Inkjesta Muscat Azzoppardi li inkriminat lil min kienu I l-veri perpetruri tal – irvellijiet tal-15 ta Ottubru 1979 u biex ma jinkixfux iffrejmjat bniedem innocenti li kien Castilja fuq appuntament. Kixfet li mhux veru kien armat bhalma xandret il-fake news il-gazzetta tat-Times u l-gazzetta l-ohra ikkmandati mill-perpetruri stess.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *