Kif tinsteraq propjeta’ ta terzi

Deborah Schembri marret qalet li dawk il-kuntratturi li jiksru l-liġi qed jagħtu isem ħażin lill-industrija tal-bini.

Biss nistaqsi lil Deborah Schembri xi tgħid għal xi perit li hu magħruf li jdaħħal applikazzjonijiet fil-Planning Authority problematiċi u ġa għandu każ fil-qorti.

Dan l-istess perit għadu kemm daħħal applikazzjoni f’isem klijent tiegħu u fiha ddikkjara li l-klijent tiegħu huwa s-sid tal-propjeta meta dan ma hux veru. Dan mhu xejn għajr frodi. Dan għaliex il-propjeta’ inkwistjoni hija biss kirja għand il-klijent ta’ dan il-perit. Il-perit ma waqafx hawn. Fl-applikazzjoni li daħħal lill-Planning Authority inkluda propjeta’ li mhix parti mill-kirja imma hija tas-sid tal-propjeta’ inkwistjoni. Biss dan il-perit għandu r-riħ fil-qala u kellu r-riħ fil-qala meta l-istess Deborah Schembri kienet segretarju parlamentari tal-MEPA.

Dan il-perit għandu fil-Planning Authority case officer li jaqdih mill-koxxa waħda u sew. Dan il-case officer hu magħruf kemm iħobb imur għall-parties ta’ wieħed mill-kuntratturi ewlenin ġewwa pajjiżna. Kien anki suġġett ta’ numru ta’ artikli iebsin ta’ Daphne Caruana Galizia.

Għal-lum ħa nieqaf fuq din l-istorja u fuq dan il-każ. Biss fuq dan il-każ ser inkompli nikteb għaliex in-nies iridu jkunu jafu kif jiġu ngannati mill-awtoritajiet li suppost qegħdin hemm biex iħarsu l-interessi ta’ kulħadd u mhux ta’ min irid jiffroda lil terzi. Fuq kollox, il-poplu għandu jkun jaf kif wieħed mill-periti qrib il-kuntratturi tal-MDA jaħdem biex jinganna lin-nies.

Fuq dan il-każ partikolari ser inkompli nikteb aktar fid-dettall fil-jiem li ġejjin.

One comment

  1. Nistaqsik ghax nahseb li int sincier. Taqbel mal protokol li hemm bejn iz-zewg partiti li l-ebda wiehed ma jfittix lil iehor fuq korruzzjoni meta ikun fil-gvern. Ex. ex ministri haslu miljuni ta liri Malti fl-Isvizzera u inhafirlhom, skandli taz-zejt, ara ghax is semma wiehed mhux politiku, dan iva ilu quddiem qorti xi 7 snin, Dr. Alfred Sant jisraq u jitlef bil-mohbi l-Inkjesta Muscat Azzoppardi li inkriminat nazzjonalisti fuq frame-up imma inhbiet u inharget baxx baxx.

    Per ez. Sarkozi Mar 3 snin habs, CRAXI harab lejn Tunizija, Formicone Mar 3 snin habs. Trump tefa politici minn shabu fuq perjury f’habs specjali. Hawn Malta, jissemma ministru imdahhal f’heist, etc.

Leave a Reply