Jason Azzopardi staqsa kif seta’ Carmelo Abela nesa li xehed fil-qorti? Mela nesa Azzopardi li hu kien nesa li ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech!

Il-politiċi taż-żewġ naħat għandhom ħabta jinsew. Imma meta l-akkuża tiġi minn politiku bħal Jason Azzopardi u dan jitkaża u jiskanta kif politiku Laburista nesa x’ġara għaxar snin ilu, nibda nidħaq. Qed ngħid dan għaliex illum The Times kellha storja dwar Carmelo Abela fejn żvelat li għaxar snin ilu, Abela ġie mistoqsi jekk kienx hu li għadda security passes tal-HSBC biex saret il-famuż hold-up. Abela qal li ma jiftakarx li hu xehed dwar dan il-każ u reġa’ ċaħad li kellu x’jaqsam ma’ dan il-każ. Issa jekk kellux x’jaqsam jew le tarah il-pulizija. Biss il-punt hawn huwa dan. Azzopardi skanta kif Abela ma jiftakarx li xehed fil-qorti.

Kemm infakkar lil Jason Azzopardi li Abela mhux l-uniku politiku li jinsa. Azzopardi stess kien nesa li ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech. Nesa li saħansitra kien mar it-tieġ ta’ Yorgen Fenech. Ma naħsibx li kien xi tieġ li tista’ tinsieh malajr. Infakkar li dan ma kienx tieġ ta’ xi kostitwent tiegħu, imma ta’ persuna prominenti fost in-negozjanti Maltin li kellu tieġ kbir il-Hilton. possibli nsejt tieġ bħal dan fil-Hilton? Possibli insejt ir-rigali – (u mhux rigal wieħed) li ħadt mingħand it-Tumas group.

One comment

  1. nesa il fekruna nesa il lawenbrou nesa il garage il belt lil tewma nesa dik il bicca art san giljan dan daqt jibda ibati bid dimensja

Leave a Reply