Kif ħabbart il-bieraħ, il-lum ħareġ survey disastruż għal PN. Deputat Nazzjonalista ser jibgħat emails issa biex jitlob laqgħa urġenti tal-grupp parlamentari?
Illum ħareġ survey mill-Malta Today li sar bejn 3 u 7 ta’ Mejju 2021. Jiġifieri l-bieraħ kont korrett meta ħabbart fuq dan is-sit li illum kien ħiereġ survey li hu katastrofiku għall-Partit Nazzjonalista. F’dan is-survey, it-trust ta’ Bernard Grech marret il-baħar.
Wieħed issa jrid jgħid jekk wieħed mid-deputati hux ser ikun kostanti u wara li ħareġ dan is-survey negattiv, kif kien jagħmel fi żmien Adrian Delia jibgħat email lid-deputati tal-Partit Nazzjonalista biex jitlaqqa’ b’urġenza l-grupp parlamentari Nazzjonalista. Dan id-deputat ser jagħmel l-istess issa?