Jason Azzopardi jisfida lil Bernard Grech u jagħmel share ta’ post b’botta lejn Adrian Delia

L-hekk imsejjaħ ftehim iffirmat nhar il-Ħamis jidher li ġa nkiser meta Jason Azzopardi għamel share ta’ post fuq il-paġna personali tiegħu – u mhux f’dik politika – ta’ Andrew Azzopardi li hu indirizzat kontra Yorgen Fenech u fih jagħmel botta kontra Adrian Delia mingħajr ma jsemmih b’ismu. Dan hu l-post li ġie shared minn Jason Azzopardi. Fost dawk li għamillu like kien hemm Austin Sammut.

Infakkar li l-Partit Nazzjonlista kien ħareġ regolamenti stretti fejn id-deputati tiegħu ġew imwissija biex ma jagħmlux share ta’ materjal maħsub li jagħmel ħsara lill-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista jew jista’ jkun ta’ provokazzjoni li tagħmel ħsara lill-istess partit. Hawn qed inġib il-guidelines.

Mela bix-share li għamel, Jason Azzopardi kiser dawn l-istess guidelines. Reġa’ fetaħ il-ġlieda kontra Adrian Delia. X’ser jagħmel issa Bernard Grech li ilu jgħid li ser ikun iebes ma’ dawk li jiksru dawn il-guidelines?

Leave a Reply