Il-Kummissarju tal-Pulizija Gafa’ ser jinvestiga l-allegazzjoni serja li għamel Adrian Delia fil-konfront tal-pulizija?

Meta ftit tal-jiem ilu, Dr. Adrian Delia tella’ post fuq Facebook fejn għamel allegazzjoni serja fil-konfront ta’ Dr. Jason Azzopardi u anki fil-konfront tal-pulizija. Adrian Delia qal dawn il-preċiżi kelmiet:

Dan il-kliem ma ntqalx minn sempliċi ċittadin. Dan intqal minn ex-kap tal-Oppożizzjoni u llum membru parlamentari Nazzjonalista.

X’ser jagħmel il-Kummissarju Gafa’? Ser jinvestigah dan l-allegat aċċess li Jason Azzopardi kellu għall-messaġġi ta’ Yorgen Fenech li semma’ Dr. Delia? Ser jibgħat għal Dr. Delia u Dr. Azzopardi? Hawn qed nitkellmu fuq allegat reat kriminali mwettaq mill-pulizija biex twaqqa’ kap tal-oppożizzjoni. Infakkar li dawn il-leaks huma marbuta ma’ reat aktar gravi ta’ qtil ta’ persuna.

Dr. Delia allega fuq Facebook li l-pulizija għaddiet informazzjoni sensittiva lil Jason Azzopardi. Ħa nkun ċar. Dr. Adrian Delia mhux qed jistaqsi. Qed jgħid stat ta’ fatt. Qal li Jason Azzopardi kellu għandu informazzjoni li suppost qegħda biss għand il-pulizija. Staqsa kif din l-informazzjoni kienet ġiet għandu. B’hekk trid issir il-mistoqsija leġittima. Min kien dak il-membru jew kienu dawk il-membri fil-korp tal-pulizija li għaddew din l-informazzjoni lil Jason Azzopardi? Fuq kollox, issa qed joħroġ ċar li din l-informazzjoni ngħaddiet biex tinbena narrattiva politika falza. Infakkar li din l-informazzjoni kienet għand il-korp tal-pulizija minħabba l-investigazzjoni kriminali marbuta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Wieħed irid jgħid li Adrian Delia ma rtira xejn minn dak li qal fuq il-Facebook Page tiegħu fil-konfront ta’ Jason Azzopardi meta sar dan il-ftehim bejn Azzopardi u Delia. Mela dak li allega Adrian Delia hu minnu. Infakkar li dawn il-leaks kienu qed jispiċċaw fil-ġurnal The Times u The Sunday Times fost l-oħrajn u ntużaw biex tkun attakkata persuna li għandha rowl istituzzjonali f’dan il-pajjiż u finalment titwaqqa’ minn kap tal-oppożizzjoni.

Minflok il-pulizja ddefendiet l-istituzzjoni, kif inhu dmirha, spiċċat kompliċi fit-tixrid ta’ gideb fuq il-kap tal-oppożizzjoni. Il-konklużjoni li ħafna llum qed jagħmlu hija dik li kif il-pulizija kienet kapaċi tissieħeb fil-gideb kontra persuna istituzzjonali, kapaċi tigdeb fuq kulħadd, inkluż fuq Yorgen Fenech u dawk kollha akkużati bl-involviment fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

B’hekk hu fl-interess tal-Kummissarju Gafa’ li jara l-pulizija takkwista l-kredibilita’ għaliex wara dak li ġara nhar il-Ħamis li għadda, il-kredibilita’ tagħha kompliet marret il-baħar. Dan jista’ jseħħ biss billi jitressqu fil-qorti dik il-persuna jew persuni fil-korp tal-pulizija wara dawn il-leaks lil Jason Azzopardi.

Leave a Reply