Hemm ċans kbir li l-avukat ġenerali kiser id-dritt ta’ smigħ xieraq fl-akkużi li għamel kontra l-avukati ta’ Yorgen Fenech, l-aħwa Degiorgio, Jamie Vella u l-aħwa tal-Maksar
Possibilment, l-avukat ġenerali qed jikser id-drittjiet tal-bniedem, tal-aħwa Degiorgio, tal-Maksar u anki tal-Avukati ta’ Yorgen Fenech
Illum kien hemm sentenza fil-qorti mogħtija mill-Imħallef Lawrence Mintoff. Persuna akkużata bi traffikar tad-droga fetħet kawża kostituzzjonali kontra l-avukat ġenerali peress li hija qegħda tkun akkużata ma’ persuna oħra u dawn issa ser jgħaddu ġuri. Din il-persuna qed tgħid li minħabba li hija qed tkun akkużata ma’ persuna oħra, il-persuna l-oħra ma tistax tittella’ tixhed f’każ u l-anqas hija ma tistax titla’ tixhed fil-każ tal-persuna l-oħra. B’hekk l-imħallef qal li għandu jkun hemm bilanċ, speċjalment f’każ ta’ ġurija bejn id-difiza u l-prosekuzzjoni.
Infakkar li fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-avukat ġenerali ddeċida li jtella’ l-aħwa Degiorgio flimkien u dawn issa ser imorru ġuri. Fuq kollox, għamel l-istess fuq il-każ ta’ l-aħwa Agius tal-maksar, Jamie Vella u Alfred Degiorgio. Fuq kollox, f’dan il-każ l-avukat ġenerali ħareġ l-akkużi tal-qtil ta’ Carmel Chircop u dawk kontra Daphne Caruana Galizia f’waħda.
Infakkar ukoll, li hemm il-każ tat-tixħim mill-avukati ta’ Yorgen Fenech fil-konfront ta’ Ivan Martin. Dawn ukoll ittellgħu flimkien. Jien kont ktibt u għidt li dan ifisser li dawn l-avukati ma’ jistgħux jitilgħu jixhdu għall-xulxin.
Issa hawn din is-sentenza mill-qorti kostituzzjonali li qed tibgħat doccia kiesħa lill-avukat ġenerali u dan ikompli jikkonferma dak li ili nikteb f’dan is-sit, li l-affarijiet mhux mexjin kif għandhom jimxu fil-każ tal-proċeduri li qed isiru kontra l-akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.