Deputati Nazzjonalisti bi pressjoni fuq Bernard Grech biex jitlob skuża pubblika lil Adrian Delia
Dan is-sit qiegħed f’pożizzjoni li jisvela li qed issir pressjoni kbira fuq Bernard Grech biex jagħmel apoloġija pubblika lill-kap ta’ qabel Adrian Delia. Numru ta’ deputati Nazzonalisti qed jistaqsu kif jistgħu jpoġġu fil-parlament ma’ Jason Azzopardi wara l-kalunnji li l-istess Azzopardi qal kontra l-kap tiegħu.
Nhar il-Ħamis li għadda, iswed fuq l-abjad, Azzopardi ammetta, bil-firma tiegħu, li gideb tliet darbiet kontra l-kap ta’ qabel. Ma’ dawn id-deputati qed jingħaqdu numru ta’ tesserati li qed jistaqsu kif aħna nistgħu nemmnu aktar dak li jgħid Jason Azzopardi. Numru ta’ tesserati qed jgħidu li huma vvutaw għal Bernard Grech għaliex emmnu l-gideb ta’ Jason Azzopardi.
Quddiem din is-sitwazzjoni, numru ta’ deputati u tesserati qed jgħidu li aktar minn qatt qabel, Bernard Grech għandu jitlob skuża għax ġie elett fuq il-gideb ta’ Jason Azzopardi.
Id-diskors bejn numru ta’ deputati llum huwa bdilna l-kap u morna agħar.