Manuel Delia joħroġ għall-attakk kontra Bernard Grech: jew jiċħdu jew jegħrqu.

Il-bieraħ t’lura tkellimt fuq l-ewwel tir ta’ kanun mill-Malta Today. Il-bieraħ kellna t-tieni sparatura kontra Dr Bernard Grech. Din id-darba t-tir ġie sparat minn Manuel Delia. B’hekk il-bieraħ kien it-tieni jum fejn tkompla l-attakk fuq Dr Bernard Grech fi pjan maħsub, minn l-istess nies li tellgħuh, biex wara l-elezzjoni jitneħħa.

Manuel Delia ammetta li l-bieraħ t’lura, Bernard Grech għamel paprata li wasslet biex rebaħ Adrian Delia. Biss tant hu maħruq għax rebaħ Adrian Delia li l-ewwel ħaġa li għamel Manuel Delia kien li għajjar kemm felaħ lil Ċensu Borg, Ċensu l-iswed. Ma għandix dubju li Ċensu l-Iswed mhux ser jieħu għalih.

F’dan l-artiklu, Manuel Delia qed jgħid li l-Partit Nazzjonalista messu mar jifraħ u jikkongratula lil Jason Azzopardi għax fil-qorti ntqal li ma jmurx mal-qħab! Jien kont inkun ħafna aktar kuntent li kieku dan il-libell ma nfetaħx mill-ewwel. Biss issa, f’dan il-mument, qed nieħu pjaċir li sar dan il-libell u li ħareġ li Jason Azzopardi kien malafamat. Grazzi ta’ dan, illum jien inħossni liberat li kelli raġun nemmen lil Dr Adrian Delia u mhux lil Dr Jason Azzopardi, wara li l-bieraħ ammetta dak il-gideb kollu. Mela kull deni ħudu b’ġid.

Ara x’qallu l-ħabib tiegħu Manuel Delia, dak li nqegħda bih sakemm għinu jtajjar lil Dr Adrian Delia?

“Bernard Grech’s decision to call an Executive Committee for this evening was disastrous. He must have realised that at some point because Alex Perici Calascione’s diplomatic skills were wheeled in to find a formula that would allow the party to extricate itself from the commitment the party leader made on its behalf”.

Nixtieq nigbed l-attenzjoni li f’dan il-paragrafu, Manuel Delia jisemmi l-isem ta’ Alex Perici Calascione. Mela Manuel Delia jaf li kien hemm persuna li kellha tidħol fin-nofs biex tipprova jsalva s-sitwazzjoni. Biss nixtieq nistaqsi lil Manuel Delia jekk Alex Perici Calascione kellux xi ittra ta’ riżenja lesta fil-but bħalma kellu xi sena u nofs ilu? Meta kien hemm esekuttiv li fih riedu jtajru lil Adrian Delia, Alex Perici Calascione kien intalab biex jidħol fin-nofs dak in-nhar ħalli jitneħħa Adrain Delia.

Manuel Delia kompla jgħidlu li ma kellux il-guts ikeċċi lil Dr Adrian Delia minn kandidat. Dan Manuel Delia għadu qed jaħseb li partit politiku jaħdem kif kien jaħdem hu fil-ministeru ta’ Austin Gatt meta vara s-sistema tal-Arriva u l-poplu kellu jaċċetta. L-anqas dik is-sistema ma aċċetta għax kienet waħda mir-raġunijiet tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista fl-2013. Manuel Delia ma kienx kapaċi jimmaġina x’effetti koroh kien ser kellha l-Arriva fuq il-Gvern Nazzjonalista u wara fuq il-votant Malti.

Il-bieraħ Manuel Delia reġa qal li jekk Adrian Delia jitneħħa minn kandidat ma kienx ser ikollu effett fuq il-votant. Viżżjoni impekkabbli għandu Manuel Delia! Imma l-akbar ċajta li kiteb Manuel Delia fl-artiklu tiegħu hija din:

‘he (Dr Jason Azzopardi) has signed this declaration under duress’.

Taf x’int tgħid? Fejna d-“duress”? Ara x’għandek ma’ saqajk Bernard Grech. Jgħidlek li inti għamilt “pressure” fuq Jason Azzopardi. Għandek lil sieħbek Manuel Delia jgħidlek bil-pulit li inti sfurzajt lil Jason Azzopardi biex jiffirma dikkjarazzjoni li qatt ma ried jiffirma. Tajjeb din.

Kompli isma minnhom għax magħqudin miegħek b’rabta ċoff qiegħdin. Dr Bernard Grech int sirt żejjed issa għal Manuel Delia. Jew tiċħdu jew tegħreq.

Leave a Reply