X’ser jagħmlu David Thake u David Casa?

Wara l-ammissjoni tal-bieraħ ta’ Jason Azzopardi, issa wieħed jistaqsi x’ser jagħmlu David Thake u David Casa dwar dak li kienu qalu fuq Adrian Delia li dan ħa flus mingħand Yorgen Fenech ħalli David Casa ma jitlax fil-Parlament Ewropew.

Issa din ħarġet fil-beraħ li kienet gidba oħra fil-konfront ta’ Adrian Delia, meta dan kien kap tal-Partit Nazzjonalista. Il-bieraħ, Jason Azzopardi ċaħad kategorikament li Adrian Delia qatt ħa xi flus mingħand Yorgen Fenech biex ma jitlax fil-Parlament David Casa.

Infakkar li Adrian Delia kien ġie akkużat li ħa 50,000 euro mingħand Yorgen Fenech biex ma jitlax David Casa. Illum nafu, iswed fuq l-abjad, li din hija gidba.

Fuq dan il-każ tellgħet kumment fuq is-sit tal-Malta Independent, persuna li ffirmat Romina Dante, li qed nġib il-kumment tagħha kollu għaliex hu verament f’waqtu u qed tgħid is-sewwa.

Leave a Reply

Your email address will not be published.