Ser jirreżenja mill-Parlament Jason Azzopardi wara li ammetta li ġideb fuq Adrian Delia? Il-vot fl-esekuttiv kontra Delia għadu validu?

Il-bieraħ dan is-sit kien fuq quddiem jagħti aħbarijiet li kienu qed iseħħu fil-Partit Nazzjonalista, inkluż il-fatt li tħassret il-laqgħa tal-kunsill amministrattiv u wara anki l-laqgħa tal-esekuttiv. Biss l-aktar aħbar kienet l-istqarrija konġunta li ħarġu Jason Azzopardi u Adrian Delia. F’din l-istqarrija ħareġ ċar li Jason Azzopardi kien welled gidba u qarraq bit-tesserati meta qal li hemm mijiet ta’ messaġġi bejn Adrian Delia u Yorgen Fenech. Issa hemm ammissjoni minn Jason Azzopardi nnifsu li mkien ma jirriżulta li kien hemm dawn il-mijiet ta’ messaġġi. Infakkar li Jason Azzopardi kien anki qal li lest li jirreżenja minn membru parlamentari jekk joħroġ li dak li kien qed jgħid dwar l-eżistenza ta’ messaġġi bejn Yorgen Fenech u Adrian Delia mhux minnu.

Jien sejjaħt dak li għamel Jason Azzopardi l-bieraħ bħala kanossa politika. Canossa hija belt fl-Italja fejn l-imperatur Enriku IV kien mar, libes ta’ pellegrin, biex jitlob maħfra lill-Papa Gregorju VII. L-Imperatur Enriku IV u Gregojru VII kienu miġġieldin bejnithom. Biss anki jekk Gregorju VII deher tellief, dak li kulħadd rah bħala r-rebbieħ mar jitlob skuża lill-Papa. Fi kliem ieħor, Enriku IV bela’ dak kollu li kien qal kontra Gregorju VII. B’hekk, l-isem ta’ din il-belt fl-Italja beda jintuża bħala kelma politika biex ifisser xi ħadd li jagħmel ritirata u jibla’ kliemu.

Jason Azzopardi ammetta, iswed fuq l-abjad, li kull ma qal u ilsinwa fuq Dr Adrian Delia kien kollu gideb. Fi kliem ieħor, Jason Azzopardi kkonferma li ma hemmx messaġġi bejn Yorgen Fenech u Adrian Delia.

Infakkar, li numru ta’ gazzetti, fosthom The Times, The Sunday Times u anki l-Malta Today u Newsbook għamlu din il-gidba l-istorja primarja tagħhom.

Infakkar li abażi ta’ din il-gibda kien tlaqqa’ l-grupp parlamentari u l-esekuttiv u dawn kienu ntalbu jieħdu vot kontra Adrian Delia. Dawn ivvutaw abażi ta’ dak li kien jgħid Jason Azzopardi. Jason Azzopardi kien jgħidilhom li hu jaf x’kien ser joħroġ fuq Adrian Delia. Sal-lum għadu ma ħareġ xejn.

Biss din il-gibda għandha konsegwenzi politiċi serji. Il-mistoqsija li trid issir hija din. Dawk il-voti kollha li ttieħdu kontra Adrian Delia fil-Partit Nazzjonalista għadhom validi meta dawn ittieħdu abażi ta’ gidba? Dan huwa l-każ li t-tesserati ġew imqarqa bi propaganda maħmuġa mill-media li tridha tal-paladina tas-sewwa, inkluża dik tal-Knisja?

Quddiem din is-sitwazzjoni, l-ikbar tellief huwa Bernard Grech għaliex hu ġie elett kap abażi ta’ gidba immexxija minn Jason Azzopardi.

Dak li żgur jrid jagħmel issa Jason Azzopardi huwa li jirreżenja minn membru parlamentari għaliex irriżulta minnu stess li dak li qal fuq Adrian Delia dwar il-WhatsApp messages mhux minnu. Jekk ma jagħmilx hekk juri li hu politiku tat-tafal.

Imsomma never a dull momenet fil-Partit Nazzjonalista.

One comment

  1. Din ir-rule of law tal-PN? Mela ghallura min jigdeb jibqa’ jirrenja u qisu xejn m’hu xejn. Issa Jason Azzopardi ammetta li hu giddieb u fuq dil-gidba ghandhu jirrezenja flimkien ma’ dawk kollha li hadmu kemm felhu biex itajjru lill-Adrian Delia, fosthom Bernard Grech.

Leave a Reply