Suwiċidju Politiku: it-tesserati għandhom isemmu leħinhom
.Blog post minn osservatur politiku
Il-bieraħ, assistejna għall-qbil bejn l-Onorevoli Dr Adrian Delia u Dr Jason Azzopardi. Jidher ċar u tond li dak kollu li ntqal u l-kalunji li saru fir-rigward ta Dr Adrian Delia, kienu kollha ffabbrikati u maħduma bl-uniku għan li jitwarrab minn kap tal-Partit Nazzjonalista akkost ta kollox. Sa ċertu punt irnexxielhom pero b’kalkoli żbaljati, anzi nazzarda ngħid li żbaljati bil-kbir.
Illum, aktar mill-bieraħ, il-Partit Nazzjonalista ħaffer il-qabar tiegħu stess, u kull minn għandu naqra melħ f’moħħu, jaf li dan li ser nikteb huwa kollu minnu.
Dawn huma nies li ma jitgħallmu qatt. Begħdu kemm felħu nies mill-Partit Nazzjonalista meta kienu fil-gvern. Intilfet elezzjoni wara l-oħra, b’nies fi ħdanu li ħlief ħsara m’għamlux. Inbidel il-kap u forsi kien hemm tama żgħira li l-politika ta’ ħdura tista’ tinqata’ darba għal dejjem.
Mela skond din l-istqarrija li ġiet iffirmata llum, huwa evidenti u konkret, li Dr Adrian Delia tneħħa minn Kap tal-Partit Nazzjonalista fuq gideb, kalunji u nies foloz li l-għan tagħhom qatt ma kien il-ġid tal-Partit Nazzjonalista, iżda l-poter u d-don li jaħsbu li ngħata lilhom bi dritt li jmexxu huma.
U hawn tiġi l-mistoqsija waħidha. Mela jekk Dr Adrian Delia tneħħa minn Kap tal-Partit Nazzjonalista fuq gideb, fejn Dr Jason Azzopardi għamel ammissjoni bil-miktub, u qed jiddikjara li dak kollu li ntqal u nkiteb kien gideb, (meta kulħadd kien jaf x’kien jingħad fuq il-portals u l-media socjali) jista’ xi ħadd jgħidli kif qatt jista’ l-Kap tal-Partit preżenti jħalli ma djulu lil xi ħadd li gideb kemm felaħ u għamel ħsara rreparabbli lill-Partit Nazzjonalista? Jaf Dr Bernard Grech li b’dak li ġara il-bieraħ, għamel suwicidju politiku? Jaf Dr Bernard Grech li l-poplu qatt mhu ser jafda lill xi ħadd li jiggverna li jippermetti nies fi ħdanu li ħlief gideb u kalunji ma jafux jagħmlu? Jaf Dr Bernard Grech li nutli joqgħod jitmasħan fuq ir-Rule of Law, meta mdawwar b’nies li r-Rule of Law tagħhom hija mkejla fuq riga li tkun ta’ benefiċċju għalihom biss? Jaf Dr Bernard Grech li dawn in-nies reġgħu daħku bit-tesserati għal ma nafx kemm-il darba?
Nispera li ser jitgħallem malajr kemm jista’ jkun għax nazzarda ngħid li llum huwa l-bidu tat-tmiem ta Dr Bernard Grech bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kollox maħdum bizzilla għandhom. Kollox lest għal telfa oħra kolossali biex wara jitwieled kap gdid. Il-kap magħżul minnhom stess, u l-Partit jibqa’ ankrat fejn qiegħed illum.
Għaldaqstant, nagħmel appell lit-tesserati, sabiex jifhmu sew x’inhu għaddej u min xix għaddew dawn in-nies lill-Partit Nazzjonalista u jkunu ppreparati għal dak li ġej. It-tesserati għandhom isemmu leħinhom.
Tahhom ftahhom ahseb u arha ta konta taghhom
Money money
Fejn tista tasal izjed