Is-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista mhix riżolta.

Blog post minn Nazzjonalist ta’ Adrian Delia

Is-sitwazzjoni riżolta, spiċċa żmien it-teatrini fuq Facebook” – Bernard Grech

Hekk qal Dr Bernard Grech lil Newsbook. Imma dan bis-serjeta’? Imma dan jaf x’qed jgħid? Kif tista’ tkun riżolta sitwazzjoni bħal din? Kif tista’ tkun riżolta għax ħarġet dikjarazzjoni? Kif tista’ tkun riżolta jekk ma tifhimx x’hemm miktub u tara x’ser tagħmel fuqhom? Kif tista’ tkun riżolta meta għandek deputat tiegħek jammetti li tant qal gideb li ħoloq narrattiva li għamlet ħsara enormi lil Partit Nazzjonalista? Kif tista’ tkun riżolta mingħajr ma tħares lejn l-effetti li din id-dikjarazzjoni ser tħalli fuq is-stiwazzjoni tal-Partit? Kif tista’ tkun riżolta meta int stess taf li qiegħed fuq pultruna li ma tappartjenix lilek?

Dr Grech wake up and smell the coffee jekk trid tkun emmnut. Din id-dikjarazzjoni offensiva tiegħek lil Newsbook toħloq fija u f’ħafna partitarji oħra tant rabja u tant emożżjonijiet konfliġġenti li nħossni ser nitbiegħed iżjed mill-Partit Nazzjonalista. Taf x’sar il-bieraħ? Jew tħares sa mnieħrek biss? Jew tant int iggranfat mas-siġġu, li taf li mhux tiegħek, li kollox ser jibqa’ għaddej qisu ma ġara xejn?

Int urejtni b’dan li għidt lil Newsbook li veru temmen f’dak li tħobb tgħid ‘li kien kien u li sar sar’. Taf kemm ilkom titnejjku bin-Nazzjonalisti? Taf kemm ilkom tgħajru lili u lil nies li tajna s-support tagħna, b’kull dritt, lil Dr Adrian Delia? Taf li aħna qlajna tant titli li sirna qtates, Laburisti, trolls tal-labour, ħnieżer, ħamalli, pċielaq, nies tat-tielet klassi u ħafna titli oħrajn?

Issa x’ser tagħmel int la s-sitwazzjoni riżolta biex tiġbor ġieħek? X’ser tagħmel int li meta rajt ix-xoqqa f’moxta tlaqt tiġri titligħeq għand Louis Galea biex tkun int is-salvatur tal-Partit Nazzjonalista? X’għamilt int dak iż-żmien biex tara li dak li kien qed jintqal fuq l-avversarju tiegħek kienx veritier?

Jew kont kuntent b’dak kollu li kien qed jintqal għaliex kull ġurnata li l-valenu żied id-doża, int kont qed takkwista l-voti? X’ser tgħidilhom issa lit-tesserati li vvutawlek? Ser tgħidilhom li inti ma tħossokx dehen li tibqa’ tmexxi meta int dħalt għal din it-tellieqa msejsa fuq nuqqas kbir ta’ verita’?

Kif ser ikollok il-wiċċ tħares f’għajnejn kull min jersaq lejk, kull ġurnalist, kull persuna li tidħol fl-uffiċċju tiegħek meta taf li int qed tokkupa post li mhux tiegħek? Kif ser tħares f’wiċċ Adrian Delia u tgħidlu b’konvinzjoni li inti l-Kap tiegħu meta kien Delia stess li kkonvinċik li tkun kandidat? Issa li taf li l-blue heroes poġġewk hemm fuq narrattiva kkalunjata. X’ser tagħmel bihom dawn in-nies faċċoli? Issa nafu b’ċertezza kemm il-pożizzjoni tiegħek ma fadliliex saħħa. X’ser tagħmel b’dawk li l-ħin kollu jiġbdulek l-ispaga?

U bil-wiċċ vili tgħid li s-sitwazzjoni riżolta. Għadha lanqas bdiet. Il-bieraħ inxteħtet in-niċċa. In-nar għad irid jaqbad sewwa. Imbagħad naraw jekk intix politiku integru jew opportunist.

Leave a Reply