Bernard Grech qed jagħmel bħal Pilatu

Il-ġlieda interna li għaddejja bħalissa fil-Partit Nazzjonalista wasslet biex Bernard Grech jġib ruħu bħal Pilatu. Minflok ressaq lil Jason Azzopardi u lil Adrian Delia quddiem il-bord tal-etika’, mar quddiem l-esekuttiv. Ħa ngħiduha, dan il-bord tal-etika’ mhux qed jaħdem fil-Partit Nazzjonalista u fil-passat ħa deċiżjonijiet li kienu sfaċċatament favur Jason Azzopardi.

L-anqas għażel li jlaqqa’ liż-żewġ deputati fl-uffiċċju tiegħu għax naħseb li jaf li mhux ser jasal. B’hekk ħasel idejh minnha. Mela issa l-għażla hija f’idejn il-poplu tal-esekuttiv u kif jiġri dejjem f’dawn il-każijiet il-poplu ser jagħżel lil Barabba.

Niftakru li fl-esekuttiv hemm mal-mitt persuna. Dak li hu ġdid f’dan il-każ, li din hija l-ewwel darba fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista li qed jitlaqqa’ l-esekuttiv minħabba posts fuq Facebook. Qatt ma ġrat qabel.

Leave a Reply