Wara l-kumment tal-lum fejn Manuel Delia irid ikeċċi lil Adrian Delia, il-Partit Nazzjonalista jrid jiddisassoċja ruħu minn Manuel Delia

Blog post minn osservatur politiku

Il-proverbju Malti jgħid. ‘Ma min rajtek xebbaħtek’. Jiena bħala Nazzjonalist, u eluf oħra bħali, ma rridx ikolli x’naqqsu ma’ nies ta’ din il-kwalita’ li ħlief tgħajru ma jafux jiktbu. Hawn qed nirreferi għall-blog li għadu kemm tella’ Manuel Delia biex jirribatti lil Adrian Delia wara li l-bieraħ sfida lil Jason Azzopardi biex jagħmillu libel fuq dak li kiteb fuqu.

Nista’ nifhem li Manuel Delia mhux ser jaqbel ma’ Adrian delia. Imma hemm bżonn li biex jirribatti argument dan ir-raġel irid bil-fors jgħajjar? Għall-ġieħna, dan huwa parti minn grupp ta’ nies li jaħsbu li huma tal-ewwel tier. Dawn huma parti minn grupp ta’ elitisti li jaħsbu li huma xi ‘cut above’ fuq l-oħrajn.

Din hija waħda mir-raġunijiet għala l-Partit Nazzjonalista ma jistax jimxi ‘l quddiem. Hemm ħafna Laburisti mweġġgħajn u mdejqin. Hemm ħafna Laburisti li qed jgħidu mhux ser jivvutaw jew ser iħassru l-vot. Imma dawn il-Laburisti mhux lesti li jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Ir-raġuni għala dawn ma jridux jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista tinsab miktuba fuq il-ħajt.

Issa dawk li jissapportjaw lil Manuel Delia qegħdin jgħajruk li inti xewwiexi. Mela dan Manuel Delia x’inhu? Dan huwa wieħed minn dawk li mhux biss irid jirbaħ imma jrid ikisser.

Illum f’ismi, u naħseb ma nkunx qed niżbalja jekk ngħidlek li hawn eluf ta’ Nazzjonalisti jaħsbuha bħali, nixtieq nitlob lil Dr. Bernard Grech biex jiddissoċja lill-Partit Nazzjonalista minn dan il-kliem ta’ dan il-bniedem arroganti u maħmuġ. Il-kitba tiegħu hija ta’ persuna narċissitiku. Din qed tagħmel ħsara kbira lill-Partit Nazzjonalista.

Bil-ktibiet ta’ Manuel Delia u ta’ sħabu tas-soċjeta ċivili, il-PN se jibqa bil-130,000 votant u ma hux ser javvanza naqra. Anzi nibża li ser jitlef mill-voti. Jien nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li ma naqbel xejn ma’ Jason Micallef. Imma għal darba jkolli ngħid li dak li qal Jason Micallef ftit ġimgħat ilu dwar Manuel Delia naqbel miegħu 100%. Jason Micallef kien iddikjara li Manuel Delia huwa ‘the best asset for the Labour Party’. Sadattant u mingħajr mistħija ta’ xejn, Manuel Delia ma jiddejjaqx jikteb li hu l-eredi ta’ Daphne Caruana Galizia.

Infakkar li l-blog ta’ dan il-bniedem jismu ‘Truth be told’. IMMA jekk inti tikteb Manuel Delia fuq il-Google tafu x’jitla’? Issib “Manuel Delia’s Notes”. Għalfejn taħsbu li jitla’ hekk. Biex jirkeb fuq il-blog li kellha s-sinjura Daphne Caruana Galizia.

Dan Manuel Delia irid jipprova jdaħħal f’moħħ kull Malti, Għawdxi u anke nies madwar id-dinja, li hu l-inkarnazzjoni ta’ Daphne Caruana Galizia. Jaħseb li wiret l-ispirtu tagħha. Biss wiret l-ispirtu ħażin ta’ Daphne, dak li kienet tużah biex tgħajjar lin-nies.

Biss jekk il-Partit Nazzjonalista ser jibqa’ mkaħħal ma’ din il-kwalita’ ta’ nies, jiddispjaċini, Dr Bernard Grech, anki l-vot tiegħi ser titilfu! U jekk jisma’ minnu u tkeċċi lil Adrian Delia, inkwiet kbir ser tidħol għalih.

Leave a Reply