Ser jiltaqa’ l-esekuttiv b’urġenza: bdiet it-triq biex jitkeċċa Adrian Delia mill-Partit Nazzjonalista?

Bernard Grech għadu kif tella’ post fejn qal li għajjat laqgħa b’urġenza tal-Esekuttiv tal-Partit Nazzjonalista biex inkunu diskussi posts li ttellgħu fuq is-social media. Skont Bernard Grech dawn il-posts ittellgħu b’ksur tal-istatut tal-Partit Nazzjonalista. Naħseb li din hija referenza ċara għall-post li tella’ Adrian Delia. Ma nafx jekk f’dan il-messaġġ, Bernard Grech inkludiex ukoll il-post li tella’ Jason Azzopardi. Għaliex hu tkellem dwar posts fil-plural.

Dak li naf huwa li l-esekuttiv huwa ddominat issa min-nies ta’ Bernard Grech. Ma nafx kif wieħed ser jaqra din id-deċizzjoni. Hija risposta għat-talba li għamel Manuel Delia biex jitkeċċa Adrian Delia mill-Partit Nazzjonalista? Adrian Delia biss ser ikun f’din il-mira tal-esekuttiv jew anki Jason Azzopardi?

One thought on “Ser jiltaqa’ l-esekuttiv b’urġenza: bdiet it-triq biex jitkeċċa Adrian Delia mill-Partit Nazzjonalista?

  1. Ma tarax li jghamlu resuluzjioni biex jitkecca Jason Bond Azzopardi . Tiehu l’anqas sal’elezjioni ma jghamel Bendu il griek

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *