L-Arċisqof Scicluna ser jaċċetta l-elf euro ta’ Jason Azzopardi jekk jagħtihom bħala karita lill-Knisja?

Wara li Jason Azzopardi rebaħ il-libel kontra Ċensu Borg, magħruf bħala Ċensu l-Iswed, Jason Azzopardi tella’ post fuq Facebook u qal li ser jagħti dawn il-flus lill-karita’.

Il-media tal-Knisja, Newsbook, ħarġet tiġri u tellgħet post glorjuż u trionfanti favur Jason Azzopardi u ddeskrivitu bħala vittma ta’ artiklu malafamanti wara s-sentenza tal-maġistrata Rachel Montebello.

Il-mistoqsija tiegħi hija din. Fil-każ li Azzopardi jiddeċidi li jagħti dawn il-flus lil x’istituzzjoni tal-karita’ tal-Knisja, l-arċisqof Scicluna lest li jeħodhom?

Infakkar li l-Knisja kienet irrifjuta l-pledge li kien ġab Adrian Delia favur id-Dar tal-Providenza wara pressjoni li saret mill-klikka ta’ madwar Jason Azzopardi fil-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply